Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2024 – Mezzaroma vs Il-Parlament

(Kawża T-2/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Roberto Mezzaroma (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla b’mod sħiħ id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Uffiċċju tal-President tal-Parlament Ewropew ċaħad id-dritt tar-rikorrent li jirċievi żieda fil-pensjoni tiegħu għal raġunijiet ta’ saħħa; u

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-prinċipju tat-trattament ugwali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni u ksur konsegwenti tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

____________