Language of document : ECLI:EU:T:2011:763





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011 – Rintisch vs UASI – Valfleuri Pâtes alimentaires (PROTIACTIVE)

(Kawża T-152/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PROTIACTIVE – Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti PROTIPLUS, PROTI u PROTIPOWER – Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti – Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Kunċett ta’ ‘sakemm ma jkunx provdut xorta oħra’ – Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95”

Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju - Eżami mill-Bord tal-Appell - Portata - Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan - Teħid inkunsiderazzjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 74(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikoli 20(1) u 50(1)) (ara l-punti 31-33, 37-42)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2009 (Każ R 1661/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bernhard Rintisch u Valfleuri Pâtes alimentaires SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bernhard Rintisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.