Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 – De Almeida Pereira vs Eurojust

(Kawża F-142/14) 1

(Servizz pubbliku – Persunal ta’ Eurojust – Membru tal-persunal temporanju – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Proċedura ta’ selezzjoni tal-kandidati – Eżami tal-kandidaturi minn kumitat ta’ selezzjoni – Ammissjoni għall-pass li jmiss tal-proċedura ta’ selezzjoni – Kundizzjonijiet – Evalwazzjoni tal-kriterji ta’ selezzjoni – Livell ta’ punti meħtieġa – Ċaħda tal-kandidatura – Rikors manifestament infondat fid-dritt – Artikolu 81 tar-Regoli ta’ Proċedura )

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Manuel Antonio De Almeida Pereira (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: E. H. Schulze, avukat)

Konvenuta: Eurojust (rappreżentanti: C. Deboyser u J. Carmona-Bermejo, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-fażi ta’ evalwazzjoni permezz ta’ intervista, fil-kuntest tal-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ konsulent għall-Uffiċċju tal-President ta’ Eurojust.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.M. A. De Almeida Pereira għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Eurojust.

____________

1 ĠU C 81, 09.03.2015, p. 30.