Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Marzu 2011 - Noko Ngele vs Il-Kummissjoni et

(Kawża T-15/10)1

"Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rikors parzjalment ippreżentat quddiem qorti li ma għandhiex kompetenza - Rikors parzjalment inammissibbli - Nuqqas ta' rabta kawżali - Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt - Artikoli 111 u 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mariyus Noko Ngele (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Sabakunzi, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes, aġent), AT (Brussell, il-Belġju), AU (Brussell), AV (Brussell); u AW (Brussell)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż għall-kumpens għad-dannu materjali allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-impossibbiltà li jipproċedi għall-irkupru ta' dejn u għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-bidu ta' proċeduri kriminali kontrih fil-Belġju.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala ppreżentat quddiem qorti li ma għandhiex kompetenza tieħu konjizzjoni tiegħu sa fejn dan huwa intiż kontra AT, AU, AV u AW.

Il-kap tat-talbiet ta' Mariyus Noko Ngele intiż sabiex il-Qorti Ġenerali taqta' u tiddeċiedi li ċ-Centre pour le développement des entreprises (CDE) qatt ma ssostitwixxa ċ-Centre pour le développement industriel (CDI) u li ċ-CDE ma għandux eżistenza legali u personalità ġuridika fil-Belġju huwa miċħud bħala mressaq quddiem qorti li ma għandhiex kompetenza tieħu konjizzjoni tiegħu.

It-talba ta' M. Noko Ngele intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tordna l-eżekuzzjoni ta' din is-sentenza hija miċħuda bħala inammissibbli.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

M. Noko Ngele huwa kkundannat għall-ispejjeż relatati ma' dawn il-proċeduri kif ukoll mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 161, 19.06.2010.