Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Settembru 2011 - Procter & Gamble Manufacturing Cologne vs UASI - Natura Cosméticos (NATURAVIVA)

(Kawża T-107/10)1

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja verbali NATURAVIVA - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VIVA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta' xebh tas-sinjali)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Procter & Gamble Manufacturing Cologne GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Sandberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Natura Cosméticos, SA (Sáo Paulo, il-Brażil) (rappreżentant: C. Bercial Arias, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Novembru 2009 (Każ R 1558/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Procter & Gamble Manufacturing Cologne GmbH u Natura Cosméticos, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Procter & Gamble manufacturing Cologne GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C134, 22.5.2010.