Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Marzu 2010 - Procter & Gamble Manufacturing Cologne vs UASI Natura Cosméticos (NATURAVIVA)    

(Kawża T-107/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Procter & Gamble Manufacturing Cologne GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Sandberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natura Cosméticos, SA (Itapecerica da Serra, il-Brażil

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta' Novembru 2009 fil-Każ R 1558/2008-2;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri; u

tordna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-konvenut.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark "NATURAVIVA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjonijiet tat-trade mark Ġermaniża "VIVA" għal prodotti fil-klassi 3; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja "VIVA" għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Rikors għal trade mark Komunitarja miċħud fl-intier tiegħu.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell b'mod żbaljat ikkonkluda li ma kienx hemm probabbilità ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________