Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Ottubru 2011 - Cooperativa Vitivinícola Arousana vs UASI - Sotelo Ares (ROSALIA DE CASTRO)

(Kawża T-421/10)1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROSALIA DE CASTRO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ROSALIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali fuq il-livell kunċettwali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega (Meaño, Spanja) (rappreżentant: E. Sánchez-Quiñones González, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: María Constantina Sotelo Ares (Cambados, Spanja) (rappreżentant: C. Lema Devesa, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Lulju 2010 (Każ R 1804/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn María Constantina Sotelo Ares u l-Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010.