Language of document : ECLI:EU:T:2011:565





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2011 – Cooperativa Vitivinícola Arousana vs UASI – Sotelo Ares (ROSALIA DE CASTRO)

(Kawża T-421/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROSALIA DE CASTRO – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ROSALIA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tal-prodotti – Evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali fuq il-livell kunċettwali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 46-48)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1804/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Maria Constantina Sotelo Ares u l-Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega hija kkundannata għall-ispejjeż.