Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2010 - Yoshida Metal Industry vs UASI - Pi-Design et (wiċċ kopert bi ċrieki suwed)

(Kawża T-416/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yoshida Metal Industry Co., Ltd (Niigata, il-Ġappun) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro, M. Balestriero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pi-Design AG (Triengen, l-Isvizzera), Bodum France SA (Neuilly sur Seine, Franza), Bodum Logistics A/S (Billund, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' Mejju 2010, fil-Każ R 1237/2008-1;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, tal-15 ta' Lulju 2008, dwar l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 372 580;

tikkonferma l-validità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 372 580;

tikkundanna lill-konvenut u lill-partijiet l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta wiċċ kopert bi ċrieki suwed għal prodotti fil-klassijiet 8 u 21 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 372 580

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-partijiet l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-partijiet li qed jitlobu d-dikjarazzjoni ta' invalidità: il-partijiet li qed jitolbu d-dikjarazzjoni ta' invalidità bbażaw it-talba tagħhom fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li d-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu huma applikabbli għat-trade mark Komunitarja kkontestata.

____________