Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2021 – Fachverband Spielhallen u LM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-510/20) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Trattament fiskali tal-operaturi ta’ casinos pubbliċi fil-Ġermanja – Ilment – Fażi preliminari ta’ eżami – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Imposta fuq il-profitti – Vantaġġ – Natura selettiva – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Fachverband Spielhallen eV (Berlin, il-Ġermanja), LM (rappreżentanti: A. Bartosch u R. Schmidt, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u K. Blanck, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: R. Kanitz u S. Costanzo, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019)8819 final tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44944 (2019/C ex 2016/FC) – Trattament fiskali tal-operaturi ta’ casinos pubbliċi fil-Ġermanja u għajnuna mill-Istat SA.53552 (2019/C ex 2019/FC) – Garanzija allegata għall-operaturi tal-casinos pubbliċi fil-Ġermanja  (garanzija tal-profitabbiltà), fis-sens li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti kontra l-fatt li s-somom imħallsa lil-Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) mill-operaturi tal-casinos pubbliċi bħala imposta fuq il-profitti kienu deduċibbli mill-bażijiet taxxabbli ta’ taxxa fuq in-negozju u tat-taxxa fuq id-dħul jew tat-taxxa fuq il-kumpanniji.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Fachverband Spielhallen eV u LM, għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 329, 5.10.2020.