Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2024 – Japan Tobacco vs EUIPO – Dunhill Tobacco of London (FLOW FILTER)
(Kawża T-20/23) 1
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FLOW FILTER – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru distintiv – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru komuni – Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Japan Tobacco, Inc. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u E. Cebollero González, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dunhill Tobacco of London Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Fowler, I. Junkar u B. Worbes, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Ottubru 2022 (Każ R 1774/2021-5).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Japan Tobacco, Inc. għandha tbati kemm l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Dunhill Tobacco of London Ltd.
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
____________
1 ĠU C 83, 6.3.2023.