Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 - Buckingham et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża F-116/06)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni msejħa tat-"tieni filliera" - Proċedura ta' promozzjoni 2005 - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Trattament ugwali - Ammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Anne Buckingham et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoest, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u Katarzyna Herrmann, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku - L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2005, ippubblikata fl-Avviżi Amministrattivi Nru 85-2005, safejn din id-deċiżjoni ma tagħti lir-rikorrenti, uffiċjali fil-grad A*12, ebda punt ta' prijorità bħala rikonoxximent tax-xogħol imwettaq fl-interess tal-istituzzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2004.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 294, 2.12.2006, p. 66.