Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2017 – Azoulay et vs Il-Parlament

(Kawża T-580/16) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Rifjut ta’ rimbors tal-ispejjeż skolastiċi – Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Irit Azoulay (Brussell, il-Belġju), Andrew Boreham (Wansin Hannut, il-Belġju), Mirja Bouchard (Villers-la-Ville, il-Belġju) u Darren Neville (Ohain, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u L. Deneys, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet individwali tal-Parlament tal-24 ta’ April 2015 li jiċħdu l-għoti tal-allowances tal-edukazzjoni għas-sena 2014/2015 u, jekk dan jitqies meħtieġ, għall-annullament tad-deċiżjonijiet individwali tal-Parlament tas-17 u 19 ta’ Novembru 2015 li jiċħdu parzjalment l-ilmenti tar-rikorrenti tal-20 ta’ Lulju 2015.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Irit Azoulay, Andrew Boreham, Mirja Bouchard u Darren Neville huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 145, 25.4.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-9/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).