Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2024 – DL vs PQ

(Kawża C-61/24, Lindenbaumer 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DL

Konvenut: PQ

Domanda preliminari

Skont liema kriterji għandha tiġi ddeterminata r-residenza abitwali tal-konjuġi fis-sens tal-Artikolu 8(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali 1 , b’mod partikolari

il-kollokament bħala diplomatiku jinfluwenza jew anki jipprekludi r-rikonoxximent tar-residenza abitwali fl-Istat riċeventi?

il-preżenza fiżika tal-konjuġi fi Stat għandha tkun għal ċertu perijodu ta’ żmien qabel ma wieħed jikkunsidra li r-residenza abitwali tkun ġiet stabbilita hemmhekk?

l-istabbiliment ta’ residenza abitwali jeħtieġ ċertu grad ta’ integrazzjoni soċjali u tal-familja fl-Istat inkwistjoni?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2010, L 343, p. 10.