Language of document : ECLI:EU:T:2018:158





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Marzu 2018 – Webgarden vs EUIPO (Dating Bracelet)

(Kawża T‑272/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Dating Bracelet – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Prassi preċedenti tal-EUIPO – Ugwaljanza fit-trattament – Ċertezza legali”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 177(1)(d))

(ara l-punt 15)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punt 24)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 26, 27, 42)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 28, 29, 60)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark figurattivae Dating Bracelet

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 53, 61, 62, 73)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sovrapożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tal-motivi msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c))

(ara l-punt 64)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità  – Ħtieġa ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

(ara l-punti 70, 71, 74)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal‑1 ta’ Marzu 2017 (Każ R 658/2016‑5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Dating Bracelet bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Webgarden Szolgáltató és Kereskedelmi Kft. hija kkundannata għall-ispejjeż.