Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat‑13 ta’ Lulju 2022 –
Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (TALIS)
(Kawża T‑283/21) (1)
“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TALIS – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”
1. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tbiddel id-deċiżjoni kkontestata – Limiti
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72(3))
(ara l-punti 18, 85 sa 87)
2. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant li jkun aġixxa in mala fide fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti eżistenti fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Għarfien min-naħa tal-applikant tal-użu minn terz ta’ sinjal identiku jew simili – Intenzjoni tal-applikant – Oriġini u użu tas-sinjal ikkontestat – Loġika kummerċjali li hija l-bażi tar-reġistrazzjoni tas-sinjal ikkontestat bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea – Kronoloġija tal-avvenimenti li kkaratterizzaw il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))
(ara l-punti 29 sa 37)
3. Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant li jkun aġixxa in mala fide fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark – Trade mark verbali TALIS
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))
(ara l-punti 70, 79 sa 81)
Dispożittiv
1) | | Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat‑23 ta’ Marzu 2021 (Każ R 888/2020‑4) hija annullata. |
2) | | Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) | | L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Edvin Pejovič għall-finijiet ta’ din il-proċedura kif ukoll għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
4) | | ETA živilska industrija d.o.o. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |