Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Jannar 2024 – Higreen Power Srl vs Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE, Presidenza del Consiglio dei ministri, Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Ministero dell’ambiente e della sicurezza energetica, Ministero delle Imprese e del Made in Italy, Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA)

(Kawża C-66/24, Higreen Power)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Higreen Power Srl

Konvenuti: Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE, Presidenza del Consiglio dei ministri, Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Ministero dell’ambiente e della sicurezza energetica, Ministero delle Imprese e del Made in Italy, Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA)

Domanda preliminari

Il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE 1 u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) 2 jipprekludu jew ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 7(7) tad-decreto del Ministero dello sviluppo economico del 4 luglio 2019 (id-Digriet tal-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tal-4 ta’ Lulju 2019), li, fil-kuntest ta’ skema nazzjonali ta’ appoġġ għall-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, jipprovdi, b’riferiment għal każijiet fejn il-produtturi jbigħu l-enerġija fis-suq ħieles, mekkaniżmu ta’ inċentiv (l-hekk imsejjaħ “mekkaniżmu ta’ kumpens f’żewġ direzzjonijiet”) li bis-saħħa tiegħu, fir-rigward biss ta’ installazzjonijiet ġodda mibnija b’qawwa ugwali għal jew ogħla minn 250 kW, l-inċentiv huwa kkalkolat bħala d-differenza bejn it-tariffa pagabbli lill-kumpanija (iddeterminata billi jitqiesu, minn naħa, it-tariffi ta’ referenza previsti għal kull tip ta’ installazzjoni u intervent, mil-leġiżlazzjoni applikabbli u, min-naħa l-oħra, it-tnaqqis offrut mill-operatur bħala parti mill-proċeduri ta’ rkant jew ta’ reġistru, kif ukoll it-tnaqqis ulterjuri pprovdut b’mod ġenerali mil-leġiżlazzjoni nazzjonali) u l-prezz fis-siegħa għaż-żona, bl-obbligu konsegwenti li jitħallsu lura s-somom li jaqbżu l-valur tat-tariffa dovuta meta l-prezz fis-siegħa għaż-żona jkun ogħla minnu (l-hekk imsejjaħ “inċentiv negattiv”).

____________

1     ĠU 2009, L 140, p. 16.

1     ĠU 2018, L 328, p. 82, rettifiki fil-ĠU 2020, L 311, p. 11, fil-ĠU 2021, L 224, p. 42, u fil-ĠU 2022, L 41, p. 37.