Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Ġunju 2012 - Insula vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/10) 

("Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt ta' finanzjament ta' proġetti ta' riċerka u ta' żvilupp - Kuntratt El Hierro - Assenza ta' dokumenti ta' sostenn u nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati - Rimbors ta' somom antiċipati - Kontrotalba tal-Kummissjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-D. Simonet u P. Marsal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, sussegwentement A.-M. Rouchaud-Joët u D. Calciu, aġenti, assistiti minn L. Defalque u S. Woog, avukati)

Suġġett

Talba, mressqa fuq il-bażi tal-Artikolu 272 TFUE, intiża, min-naħa, sabiex it-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors ta' somma ta' EUR 84 120 tiġi ddikjarata infondata u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata toħroġ "nota ta' kreditu" għall-ammont ta' EUR 84 120.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali ta' EUR 84 120, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata ta' 2.5 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mis-26 ta' Jannar 2010 u sal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma prinċipali.

Il-kumplament tal-kontrotalba tal-Kummissjoni huwa miċħud.

Insula għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU C 134, 22.05.2010.