Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fil-25 ta’ Lulju 2014 – Maximillian Schrems vs Data Protection Commissioner

(Kawża C-362/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maximillian Schrems

Konvenut: Data Protection Commissioner

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea [2000(C) 364/01 1 ] u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE 2 , il-Kummissarju indipendenti responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data li quddiemu jkun tressaq ilment dwar it-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiż terz (f’dan il-każ l-Istati Uniti tal-Amerika) li d-dritt u l-prattiki tiegħu, kif isostni l-lanjant, ma joffrux protezzjoni adegwata lill-persuna kkonċernata, huwa assolutament marbut bil-konstatazzjoni kuntrarja tal-Unjoni li tinsab fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2000 (2000/520/KE 3 )?

Fil-każ kuntrarju, jista’ jew għandu l-Kummissarju jwettaq l-investigazzjoni tiegħu fid-dawl tal-mod kif żviluppaw il-fatti minn mindu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ippubblikata għall-ewwel darba?

____________

1 Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 364, p. 1).

2 Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).

3 Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Lulju 2000, skont id-Direttiva 95/46/EC[KE] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-prinċipji ta’ privatezza ta’ port salv u li tirrigwarda mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-USA (notifikata permezz ta’ dokument numru C(2000) 2441) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 119).