Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 – Il-Kummissjoni vs BO

(Kawża T-174/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Sigurtà soċjali –Rimbors tal-ispejjeż tat-trasport – Spejjeż tat-trasport għal raġunijiet lingwistiċi –Artikolu 19(2) tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej – Titolu II, Kapitolu 12, punt 2.5, tad-direttivi ġenerali ta’ implementazzjoni relatati mar-rimbors tal-ispejjeż mediċi”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: BO (Amman, il-Ġordan) (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche u C. Bernard-Glanz, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Jannar 2013, BO vs Il-Kummissjoni (F-27/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn BO fil-kuntest ta’ din l-istanza.

____________

1 ĠU C 164, 08.06.2013.