Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Mejju 2012 - In 't Veld vs Il-Kunsill

(Kawża T-529/09) 

("Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Parir tas-servizz legali tal-Kunsill fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni intiża għall-awtorizzazzjoni tal-ftuħ ta' negozjati li għandhom iwasslu għal ftehim internazzjonali - Rifjut parzjali ta' aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-pariri legali - Preġudizzju konkret u previdibbli għall-interess inkwistjoni - Interess pubbliku ikbar")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sophie in 't Veld (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer u J. Blockx, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer, C. Fekete u O. Petersen, sussegwentement M. Bauer u C. Fekete, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. O'Reilly u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tad-29 ta' Ottubru 2009, li tirrifjuta l-aċċess totali għad-Dokument Nru 11897/09, tad-9 ta' Lulju 2009, li jinkludi l-parir tas-servizz legali tal-Kunsill intitolat "Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill intiża għall-awtorizzazzjoni tal-ftuħ ta' negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' Amerika li għandhom iwasslu għal ftehim internazzjonali ddestinat biex iqiegħed għad-dispożizzjoni tad-dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti data ta' messaġġi finanzjarji fil-kuntest tal-prevenzjoni tat-terroriżmu u tal-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll tal-ġlieda kontra dawn il-fenomini - Bażi legali".

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Ottubru 2009 hija, minbarra l-partijiet li jirrigwardaw il-kontenut speċifiku tal-ftehim previst jew tal-istruzzjonijiet ta' negozjazzjoni, annullata inkwantu tirrifjuta l-aċċess għall-partijiet mhux żvelati tad-Dokument Nru 11897/09.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 80, 27.03.2010