Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Jannar 2010 - De Lucia vs UASI - Galbani (De Lucia La natura pratica del gusto)

(Kawża T-2/10)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Domenico De Lucia SpA (San Felice a Cancello, l-Italja) (rappreżentant: S. Cutolo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Egidio Galbani SpA (Melzo, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta' Ottubru 2009, fil-Każ R 37/2009-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "De Lucia/La natura pratica del gusto" (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.962.346), għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Egidio Galbani S.p.A.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali Komunitarja "LUCIA" (Nru 620.716), għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30; trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali "Galbani-Santa Lucia" (Nru 2.302.677), għal prodotti fil-klassi 29; trade mark figurattiva nazzjonali (reġistrazzjoni Taljana Nru 67.470) u internazzjonali (Nru 256.299) "LUCIA", għal prodotti fil-klassi 29; trade mark figurattiva nazzjonali (reġistrazzjoni Taljana Nru 597.377), internazzjonali (Nru 601.651) u Komunitarja (Nru 70.185) "Santa Lucia", għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30; trade mark verbali nazzjonali (reġistrazzjoni Taljana Nru 131.028) u internazzjonali (Nru 256.299) "Santa Lucia", għal prodotti fil-klassi 29; u trade mark Komunitarja verbali "Santa Lucia" (Nru 70.128), għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment fir-rigward ta' ċerti prodotti fil-klassi 31.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ biss fir-rigward tat-"tabakk" (klassi 31) u reġistrazzjoni għal dan il-prodott awtorizzata.

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, kif ukoll nuqqas ta' motivazzjoni u/jew motivazzjoni insuffiċjenti fir-rigward tat-talba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 12(a) tal-istess regolament.

____________