Language of document : ECLI:EU:T:2007:372





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2007 – Regione Siciliana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-156/06)

“Fond Soċjali Ewropew (FSE) – Tnaqqis ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija inizjalment – Rikors għal annullament – Entità reġjonali jew lokali – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi u ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Artikolu 230(4) KE) (ara l-punti 41, 43-47, 51-54, 64, 67, 70)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1171, tat-23 ta’ Marzu 2006, dwar tnaqqis ta’ l-għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment mill-Fond Soċjali Ewropew għal programm operattiv fir-Reġjun ta’ Sqallija, li huwa parti mill-qafas Komunitarju ta’ sostenn għall-għajnuna strutturali Komunitarja taħt l-obbjettiv Nru 1 fl-Italja (perijodu 1994-1999).

 Dispożittiv

1)         Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)         Ir-Regione Siciliana hija kkundannata għall-ispejjeż.