Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/11) 1

(“Rikors għal annullament – Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta – ‘Gouda Holland’ – Assenza ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltàˮ)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Loschelder u V. Schoene, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. von Rintelen u M. Vollkommer, sussegwentement minn G. von Rintelen u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, J. Langer, M. Noort, B. Koopman u M. Bulterman, aġenti) u Nederlandse Zuivelorganisatie (Zoetermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. van Ginneken, F. Gerritzen u C. van Veen, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1122/2010, tat-2 ta’ Diċembru 2010, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Gouda Holland (IĠP)] (ĠU L 317, p. 22)DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u n-Nederlandse Zuivelorganisatie għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.