Language of document : ECLI:EU:T:2015:948

Kawżi T‑233/11 u T‑262/11

Ir-Repubblika Ellenika
u

Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat – Settur tal-minjieri – Sussidju mogħti mill-awtoritajiet Griegi favur l-impriża tat-tħaffir Ellinikos Chrysos – Kuntratt ta’ trasferiment ta’ minjiera bi prezz inferjuri għall-valur tas-suq u eżenzjoni mit-taxxi fuq l-operazzjoni tagħha – Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna bħala illegali u li tordna l-irkupru tas-somom korrispondenti – Kunċett ta’ vantaġġ – Kriterju tal-investitur privat”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2015

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Kitbiet annessi mar-rikors – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

[Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)]

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura legali – Interpretazzjoni bbażata fuq elementi oġġettivi – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Artikolu 107(1) TFUE)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Bejgħ ta’ beni minn entità pubblika lil persuna privata b’kundizzjonijiet preferenzjali – Kriterju ta’ evalwazzjoni – Prezz tas-suq – Metodu ta’ determinazzjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Eżami diliġenti u imparzjali tal-ilmenti – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Artikolu 107(1) TFUE)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Possibbiltà li jiġu adottati linji gwida – Awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Ksur tar-regoli li jinsabu fil-linji gwida – Effetti

(Artikolu 107(1) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 97/C 209/3)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Possibbiltà għall-Kummissjoni li tirrikorri għal periti esterni – Obbligu għall-Kummissjoni li tosserva r-riżultati ta’ perizja – Assenza

(Artikoli 107(1) TFUE u 108(2) TFUE)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Applikazzjoni tal-kriterju ta’ investitur privat – Operazzjoni raġonevoli għas-setgħat pubbliċi jew għall-impriżi pubbliċi li jagħtu l-għajnuna – Neċessità li jiġi vverifikat l-għoti lill-impriża benefiċjarja ta’ vantaġġ ekonomiku li huwa impossibbli li jinkiseb f’ċirkustanzi normali tas-suq

(Artikolu 107(1) TFUE)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Bejgħ ta’ art minn awtorità pubblika taħt kundizzjonijiet preferenzjali – Evalwazzjoni skont il-kriterju tal-investitur privat – Prezz tas-suq – Metodu ta’ determinazzjoni – Prezz tax-xiri għall-bejjiegħ – Nuqqas ta’ rilevanza – Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur tal-artijiet fil-mument tal-bejgħ – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikoli 107(1) TFUE u 108(2) TFUE)

9.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni – Impossibbiltà għal rikorrent li pparteċipa fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali li jinvoka, insostenn tar-rikors tiegħu, provi ta’ fatt mhux ippreżentati matul din il-proċedura

(Artikolu 108(2) TFUE)

10.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ permezz tar-riżorsi tal-Istat imputabbli lill-Istat – Benefiċċji li jinvolvu tnaqqis fil-baġit Statali jew riskju ta’ tali tnaqqis – Kuntratt ta’ trasferiment ta’ minjiera bi prezz inferjuri għall-valur tas-suq u eżenzjoni mit-taxxi fuq l-operazzjoni tagħha – Inklużjoni

(Artikoli 107(1) TFUE u 108 TFUE)

11.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ permezz tar-riżorsi tal-Istat imputabbli lill-Istat – Kuntratti appoġġjati ta’ xiri ta’ minjiera bejn parti privata u l-Istat u ta’ trasferiment bejn l-Istat imsemmi u parti privata oħra – Inklużjoni

(Artikoli 107(1) TFUE u 108 TFUE)

12.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna illegali – Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Neċessità li tiġi adottata leġiżlazzjoni speċifika biex tiġi rkuprata l-għajnuna illegali – Assenza ta’ ġustifikazzjoni

(Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 108(2) TFUE)

13.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Natura favur il-kompetizzjoni tal-miżura ta’ għajnuna – Possibbiltà li jiġi bbilanċjat ir-riskju ta’ ksur tal-kompetizzjoni – Assenza

(Artikolu 107(1) TFUE)

14.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ eżenzjoni fiskali lil ċerti impriżi – Inklużjoni – Nuqqas ta’ trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat – Assenza ta’ effett

(Artikolu 107(1) TFUE)

15.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni

(Artikolu 108(2) TFUE)

16.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 108 TFUE – Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji – Protezzjoni – Kundizzjonijiet u limiti

(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14)

17.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern u li tordna l-ħlas lura tagħha – Invokazzjoni mill-Istat tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru – Possibbiltà li jiġi evitat l-obbligu ta’ rkupru – Assenza

(Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14)

18.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Formalità sostantiva distinta mill-fondatezza tad-deċiżjoni – Kuntratt ta’ bejgħ ta’ minjiera – Neċessità għall-Kummissjoni li tevalwa b’mod dettaljat il-metalli effettivament prodotti jew esportati fil-mument tal-bejgħ – Assenza

(Artikolu 296 TFUE; Artikolu 108(2) TFUE)

19.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Eżami diliġenti u imparzjali – Possibbiltà għall-benefiċjarju tal-għajnuna li jinvoka drittijiet estiżi daqs id-drittijiet tad-difiża bħala tali u li jikseb l-informazzjoni li tikkonċerna l-identità tal-persuna li lmentat – Assenza

(Artikolu 108(2) TFUE)

20.    Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett

(Artikolu 263 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 52-57)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 77)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 78, 79)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 79-84)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 88)

6.      Meta l-Kummissjoni teżamina l-perizji stabbiliti wara operazzjoni ta’ bejgħ, għall-finijiet li tiddetermina jekk il-prezz ta’ bejgħ ta’ beni ma kienx inkiseb mix-xerrej f’kundizzjonijiet normali tas-suq, hija għandha l-obbligu li tipparaguna l-prezz ta’ bejgħ effettivament imħallas mal-prezz indikat minn dawn il-perizji u li tiddetermina jekk dan ivarjax sal-punt li għandu jiġi konkluż li jeżisti vantaġġ. Dan il-metodu jippermetti li tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura inċerta li jista’ jkollha d-determinazzjoni, min-natura tagħha retrospettiva, ta’ tali prezzijiet tas-suq.

Minbarra dan, għalkemm il-Kummissjoni tista’, mingħajr barra minn hekk tkun obbligata, tagħmel użu mill-għajnuna ta’ periti esterni, hija ma hijiex, madankollu, eżentata milli tevalwa x-xogħol tagħhom. Fil-fatt, ir-responsabbiltà ċentrali u esklużiva li tiġi żgurata l-osservanza tal-Artikolu 107 TFUE u l-implementazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE, taħt l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni, taqa’ fuq il-Kummissjoni u mhux fuq dawn il-periti. B’hekk, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li ssegwi b’għajnejha magħluqa r-riżultati ppreżentati fil-kuntest ta’ perizja, iżda bil-kontra hija għandha tivverifikahom u tevalwa x-xogħlijiet ta’ dawn il-periti.

(ara l-punti 90, 91, 105)

7.      Fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, il-fatt li l-operazzjoni hija raġonevoli għall-awtoritajiet pubbliċi jew għall-impriża pubblika li jagħtu l-għajnuna ma jeżentax milli jiġi vverifikat jekk il-miżuri inkwistjoni jagħtux lill-impriża benefiċjarja vantaġġ ekonomiku li hija ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq u għalhekk ma huwiex biżżejjed sabiex jagħmel il-miżura inkwistjoni konformi mal-kriterju tal-investitur privat.

(ara l-punt 118)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 130, 131)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 137)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 146-156)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 154, 155, 158)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 160)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 166-170)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 176)

15.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 190-193)

16.    Fil-qasam tal-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat, fin-nuqqas ta’ teħid ta’ pożizzjoni espressa tal-Kummissjoni fuq miżura li tkun ġiet innotifikata lilha, is-silenzju li żżomm l-istituzzjoni, abbażi tal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tal-impriża benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat, ma jmurx kontra l-irkupru tagħha. Ċertament, il-possibbiltà, għall-benefiċjarju ta’ għajnuna illegali, li jinvoka ċirkustanzi eċċezzjonali li setgħu leġittimament jiġġustifikaw l-aspettattiva tiegħu fin-natura leġittima ta’ din l-għajnuna, u li jopponi ruħu, konsegwentement, għar-rimbors tagħha, ma jistax jiġi eskluż.

Min-naħa l-oħra, Stat Membru, li l-awtoritajiet tiegħu jkunu taw għajnuna bi ksur tar-regoli tal-proċedura previsti fl-Artikolu 108 TFUE, ma jistax jinvoka l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji sabiex jevita l-obbligu li jieħu l-miżuri neċessarji fid-dawl tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordnalu li jirkupra l-għajnuna.

(ara l-punti 196-198)

17.    Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali ma jistax jiġi invokat minn Stat Membru sabiex jevita l-obbligu li jieħu l-miżuri neċessarji fid-dawl tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordnalu li tirkupra l-għajnuna. Fil-fatt, it-tneħħija ta’ għajnuna illegali permezz ta’ rkupru hija l-konsegwenza loġika tal-konstatazzjoni tal-illegalità tagħha, peress li l-għan tal-irkupru tal-għajnuna illegalment mogħtija huwa li jippermetti li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali li jorbot reċiprokament il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-implementazzjoni tar-regoli tat-Trattat fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, l-Istat Membru kkonċernat għandu wkoll l-obbligu li jikkalkola l-ammont preċiż tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata.

(ara l-punti 190, 201-203)

18.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 213, 214, 223-225)

19.    Ebda dispożizzjoni tal-proċedura ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat ma tirriżerva, fost il-partijiet interessati, rwol partikolari għall-benefiċjarju tal-għajnuna. Barra minn hekk, il-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat ma hijiex proċedura miftuħa “kontra” l-benefiċjarju tal-għajnuna li jimplika li dan tal-aħħar jista’ jinvoka drittijiet daqstant wiesgħa bħad-drittijiet tad-difiża inkwantu tali. Madankollu, għalkemm il-benefiċjarju tal-għajnuna ma għandux l-istatus ta’ parti fil-proċedura, il-ġurisprudenza rrikonoxxietlu ċerti drittijiet proċedurali li għandhom l-għan li jippermettulu li jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni u li jsostni l-argumenti tiegħu. Barra minn hekk, ma teżisti ebda dispożizzjoni li timponi lill-Kummissjoni li tiżvela l-identità tal-persuna li lmentat jew ta’ kull sors ta’ informazzjoni lill-partijiet interessati.

(ara l-punti 231, 234)

20.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 237)