Language of document : ECLI:EU:T:2005:139

SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (It-Tielet Awla)

21 ta' April 2005(*)

"Artikolu 85 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 81 KE) – Eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza – Ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' garanzija bankarja – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità"

Fil-kawża T-28/03,

Holcim (Deutschland) AG, li qabel kienet Alsen AG, stabbilita f'Hamburg (il-Ġermanja), inizjalment irrappreżentata minn F. Wiemer u K. Moosecker, imbagħad minn Wiemer, P. Niggemann u B. Menkhaus, Avukati,

rikorrenti

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrapreżentata minn R. Lyal u W. Mölls, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

konvenuta

li għandha bħala suġġett rikors għal danni intiż sabiex jinkiseb il-ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' garanzija bankarja li nefqet ir-rikorrenti wara multa imposta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/815/KE tat-30 ta' Novembru 1994, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KE (Każ IV/33.126 u 33.322 – Ciment) (ĠU L 343, p. 1), li ġiet annullata mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Marzu 2000, Cimenteries CBR et vs Il-Kummissjoni magħrufa bħala "Ciment" (T‑25/95, T‑26/95, T‑30/95 sa T‑32/95, T‑34/95 sa T‑39/95, T‑42/95 sa T‑46/95, T‑48/95, T‑50/95 sa T‑65/95, T‑68/95 sa T‑71/95, T‑87/95, T‑88/95, T‑103/95 u T‑104/95, Ġabra p. II‑491),

 

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (It-Tielet Awla),

komposta minn J. Azizi, President, Jaeger u F. Dehousse, Imħallfin,

Reġistratur: H. Jung,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta ta' l-10 ta' Ġunju 2004,

tagħti l-preżenti

Sentenza

 Il-fatti li wasslu għall-kawża

1        Ir-rikorrenti, il-kumpannija Alsen AG, li saret Holcim (Deutschland) AG, li l-uffiċċju prinċipali tagħha jinsab f'Hamburg (il-Ġermanja), timmanifattura materjal ta' kostruzzjoni. Alsen AG hija r-riżultat ta' l-amalgamazzjoni li saret fl-1997 bejn Alsen Breitenburg Zement- und Kalkwerke GmbH (iktar 'il quddiem "Alsen Breitenburg") u Nordcement AG (iktar 'il quddiem "Nordcement").

2        Bid-Deċiżjoni 94/815/KE tat-30 ta' Novembru 1994, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KE (Każ IV/33.126 u 33.322 – Ciment) (ĠU L 343, p. 1, iktar il-quddiem id-"Deċiżjoni Ciement"), il-Kummissjoni kkundannat lil Alsen Breitenburg u Nordcement għal multi ta' EUR 3.841 miljun u ta' EUR 1.85 miljun rispettivament, għal ksur ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 81 KE).

3        Alsen Breitenburg u Nordcement ressqu rikorsi għal annullament kontra din id-deċiżjoni. Dawn ir-rikorsi ġew irreġistrati bir-referenzi T-45/95 u T-46/95 u sussegwentement ġew magħquda mar-rikorsi ppreżentati mill-kumpanniji l-oħra milquta mid-deċiżjoni Ciment.

4        PerSkond il-fakultà mogħtija mill-Kummissjoni, Alsen Breitenburg u Nordcement iddeċidew li jikkostitwixxu garanzija bankarja biex b'hekk jevitaw il-ħlas immedjat tal-multi in kwistjoni. Il-garanzija bankarja ta' Alsen Breitenburg ġiet ikkostitwita mit-3 ta' Mejju 1995 sat-2 ta' Mejju 2000 mal-Berenberg Bank, b'kummissjoni annwali ta' 0.45%. Nordcement ikkostitwiet mit-18 ta' April 1995, sat-3 ta' Mejju 2000 garanzija bankarja mad-Deutsche Bank, b'kummissjoni annwali ta' 0.375% u kummissjoni waħda tal-bidu ta' EUR 15.34. B'kollox, ir-rikorrenti ħallsu lill-banek, biex jikkostitwixxu l-garanziji bankarji total ta' EUR 139 002.21.

5        B'sentenza tal-15 ta' Marzu 2000, Cimenteries CBR et vs Il-Kummissjoni, magħrufa bħala "Ciment" (T-25/95, T-26/95, T-30/95 sa T-32/95, T-34/95 sa T-39/95, T-42/95 sa T-46/95, T-48/95, T-50/95 sa T-65/95, T-68/95 sa T-71/95, T-87/95, T-88/95, T-103/95 u T-104/95, Ġabra p. II-491), il-Qorti tal-Prim'Istanza annullat id-deċiżjoni Ciment f'dak li jirrigwarda r-rikorrenti u kkundannat il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

6        Skond l-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, u b'ittra tat-28 ta' Settembru 2001, ir-rikorrenti għaldaqstant talbet lill-konvenuta l-ħlas lura, minn naħa ta' l-ispejjeż tal-proċedura (partikolarment l-ispejjeż ta' l-avukat li ammontaw għal EUR 545 000), u min-naħa l-oħra, ta' l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kostituzzjoni tal-garanziji bankarji.

7        B'ittra ta' l-24 ta' Jannar 2002, il-konvenuta pproponiet lir-rikorrenti l-ħlas lura ta' parti mill-ispejjeż ta' l-avukat (total ta' EUR 130 000), iżda rrifjutat li tħallas lura l-ispejjeż tal-garanzija bankarja, billi bbażat ruħha fuq il-ġurisprudenza relattiva għall-ispejjeż, skond l-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura.

8        B'ittra tal-5 ta' April 2002, ir-rikorrenti mill-ġdid stiednet lill-konvenuta biex tħallas lura l-ammont sħiħ ta' l-ispejjeż ta' l-avukat u tal-garanzija bankarja. Għall-ħlas lura tal-garanzija bankarja, ir-rikorrenti bbażat ruħha din id-darba, fuq it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 228 KE u l-Artikolu 233 KE, kif ukoll fuq is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Ottubru 2001, Corus UK vs Il-Kummissjoni (T-171/99, Ġabra p. II-2967), li ġiet deċiża sadattant.

9        Permezz ta' ittra elettronika tat-30 ta' Mejju 2002, il-konvenuta pproponiet il-pagament ta' l-ispejjeż ta' l-avukat għall-ammont ta' EUR 200 000. Fir-rigward ta' l-ispejjeż tal-garanzija bankarja, hija reġgħet irrifjutat li tħallashom lura, minħabba l-fatt li l-possibbiltà ta' differiment tal-ħlas tal-multa bil-kostituzzjoni ta' garanzija bankarja kienet sempliċiment għażla u għaldaqstant hija ma tistax tinżamm responsabbli għall-ispejjeż li huma konsegwenza tad-deċiżjoni tal-kumpanniji li jirrikorru għal din il-possibbiltà.

 Proċedura u talbiet tal-partijiet

10      Permezz ta' rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-31 ta' Jannar 2003, ir-rikorrenti ressqet dan ir-rikors.

11      Fl-10 ta' April 2003, il-konvenuta qajmet eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, skond l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura, safejn ir-rikors huwa bbażat fuq l-Arikolu 233 KE, u ppreżentat ir-risposta tagħha.

12      Fuq rapport ta' l-Imħallef Relatur, il-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali. It-trattazzjoni orali tal-partijiet u r-risposti tagħhom għad-domandi magħmula mill-Qorti tal-Prim'Istanza nstemgħu fis-seduta pubblika ta' l-10 ta' Ġunju 2004.

13      Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:

–        tordna lill-Kummissjoni tħallasha s-somma ta' EUR 139 002.21, flimkien ma' interessi għad-dewmien bir-rata ta' 5.75% fis-sena li jibdew jiddekorru mill-15 ta' April 2000;

–        tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

14      Il-konvenuta titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:

–        tiċħad ir-rikors bħala inammissibili, safejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 233 KE;

–        tiċħad ir-rikors kollu, safejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 288 KE :

–        bħala inammissibbli jew, sussidjarjament, bħala infondat, safejn jikkonċerna l-ispejjeż ta' garanzija bankarja subiti qabel il-31 ta' Jannar 1998:

–        bħala infondat għall-bqija :

–        tordna lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż

15      Fl-osservazzjonijiet tagħha, r-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:

–        tiddikjara r-rikors ammissibbli, safejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 233 KE :

–        sussidjarjament, tinterpreta r-rikors, safejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 233 KE, bħala rikors għal annullament jew rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni;

–        tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

 Fuq l-ammissibbiltà

 Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors safejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 233 KE

 L-argumenti tal-partijiet

16      Il-konvenuta ssostni li, jekk ir-rikorrenti hija ta' l-opinjoni li l-Artikolu 233 KE ma ġiex irrispettat, għandha żewġ rimedji disponibbli, jiġifieri, r-rikors għal annullament (Artikolu 230 KE) u rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni (Artikolu 232 KE).

17      Issa, dan ir-rikors, intiż għall-kisba ta' ordni lill-konvenuta li tħallas ċerta somma, la jikkonsisti f'rikors għal annullament u lanqas f'rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni.

18      Skond il-konvenuta, billi bdiet din il-proċedura, ir-rikorrenti qiegħda tispera li tikseb sentenza li tipproduċi b'mod dirett ir-riżultat li, fl-opinjoni tagħha, l-Kummissjoni hija marbuta bih biex tiġi eżegwita s-sentenza Ciment. Madankollu, it-Trattat KE ma fih ebda bażi legali li tawtorizza tali soluzzjoni.

19      Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-azzjonijiet imsejħa "għal ħlas" tikkonferma li ebda tip ta' rikors ieħor ħlief dawk previsti fl-Artikolu 230 KE u fl-Artikolu 232 KE ma huwa previst.

20      Il-konvenuta tiddeduċi minn dan li t-talba bbażata fuq l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 233 KE, intiża għall-kundanna għall-ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' garanzija bankarja, hija manifestament inammissibili. Hija żżid li tali talba ma tistax tiġi interpretata bħala rikors ippreżentat skond l-Artikolu 230 KE jew l-Artikolu 232 KE, li wkoll kienu jkunu inammissibili f'dan il-każ.

21      Ir-rikorrenti tosserva, l-ewwel nett, li hija qed titlob ħlas lura għad-danni li hija subiet. Hija b'hekk tikkunsidra li l-invokazzjoni ta' l-Artikolu 233 KE tidħol fil-kuntest ta' "azzjoni għal kumpens" u li l-konvenuta m'għandhiex, f'dan il-każ, marġini ta’ diskrezzjoni. Billi tibbaża ruħha minn naħa fuq l-effett retroattiv ta' sentenza ta' annullament, u min-naħa l-oħra, fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (partikolarment is-sentenza Corus UK vs Il-Kummissjoni, punt 8 iktar 'il fuq, punt 50), ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta hija obbligata tħallas lura l-ispejjeż tal-garanzija bankarja. Barra minn hekk, hija tindika li l-Qorti tal-Prim'Istanza, fis-sentenza Ciment (punti 5116 et seq), ġustament iddikjarat li l-ispejjeż tal-garanziji bankarji għandhom jitħallsu lura.

22      It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 233 KE, ukoll joħloq dritt għal ħlas lura, b'mod li hija tista' tinvoka din id-dispożizzjoni.

23      Ir-rikorrenti tikkonfuta l-konklużjoni tal-konvenuta li d-drittijiet imnissla mill- ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 233 KE jistgħu jiġu invokati esklużivament fil-kuntest ta' rikors għal annullament jew rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni. Dan l-argument ma jsib ebda sostenn fil-kliem ta' l-Artikolu 233 KE u lanqas ma jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata mill-konvenuta.

24      Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-argument tal-konvenuta huwa inkompatibbli mal-prinċipju ta' ekonomija ta' proċedura, peress li tinvolvi l-użu ta' żewġ rimedji (rikors għal danni skond l-Artikolu 288 KE u rikors għal annullament jew għal nuqqas li tittieħed azzjoni skond l-Artikolu 233 KE).

25      Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tinterpreta r-rikors, safejn huwa bbażat fuq l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 233 KE bħala rikors għal annullament jew rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni.

26      F'F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li jkun inkompattibbli mal-prinċipju ta' ekonomija ta' proċedura li tiġi obbligata titlob mill-ġdid mingħand il-Kummissjoni l-ħlas lura ta' l-ispejjeż bankarji, biex wara tippreżenta rikors għal annullament jew rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, meta l-konvenuta diġà għarrfet b'mod definittiv li hija tirrifjuta li tħallas l-ammont ikkonċernat. Ir-rikorrenti tirrileva fl-aħħar nett, li hija għad għandha l-possibbiltà li tippreżenta rikors għal annullament, peress li l-konvenuta għadha ma adottatx deċiżjoni li tista' tiġi kkontestata.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

–       Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors safejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 233 KE

27      Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti bbażat parti mir-rikors tagħha, b'mod awtonomu, fuq l-Artikolu 233 KE, sabiex tikseb il-ħlas lura ta' l-ispejjeż tal-garanzija bankarja.

28      B'hekk, sabiex tispjega l-bażi legali tad-dritt tagħha, ir-rikorrenti tiddistingwi b'mod ċar fir-rikors tagħha d-"dritt għall-ħlas lura skond l-Artikolu 233 KE" [Titolu II, punt 1(a), tar-rikors] u d-"dritt għal kumpens għad-danni bbażat fuq id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 flimkien ma' dawk ta' l-Artikolu 235 KE" [Titolu II, punt 1(b) tar-rikors].

29      Barra minn hekk, ir-rikorrenti tippreċiża li "flimkien mad-dritt imnissel mill-Artikolu 233 KE, il-Kummissjoni hija marbuta wkoll, fuq il-bażi tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 u ta' l-Artikolu 235 KE, tħallas lura l-ispejjeż tal-garanzija" (punt 22 tar-rikors).

30      Fl-aħħar, ir-rikorrenti indikat, waqt is-seduta, li r-rikors tagħha huwa bbażat effettivament fuq żewġ bażijiet legali distinti u awtonomi, jiġifieri l-Artikolu 233 KE minn naħa, u d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 288 KE flimkien ma' dawk ta' l-Artikolu 235 KE min-naħa l-oħra.

31      Għandu jiġi mfakkar, f'dan ir-rigward, li t-Trattat KE jipprovdi, b'mod limitat, ir-rimedji li għandhom il-partijiet sabiex jaffermaw id-drittijiet tagħhom (ara f'dan is-sens id-Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 1982, K vs Il-Ġermanja u Il-Parlament, 233/82, Ġabra p. 3637).

32      Peress li l-Artikolu 233 KE ma jistabbilixxix rimedji, talba bħal dik f'dan il-każ għall-ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' garanzija bankarja ma tistax tiġi bbażata fuqu, b'mod awtonomu.

33      Madankollu, dan ma jfissirx li l-parti kkonċernata tinsab bla rimedju meta hija tikkunsidra li l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' sentenza ma ttieħdux. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunita tiddeċiedi, dwar dan il-punt, li l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 233 KE jista' jiġi implementat, b'mod partikolari , permezz tar-rimedji legali previsti fl-Artikolu 230 KE u l-Artikolu 232 KE (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' April 1988, Asteris et vs Il-Kummissjoni, 97/86, 99/86, 193/86 u 215/86, Ġabra p. 2181, punti 24, 32 u 33).

34      F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li mhuwiex il-kompitu tal-Qorti Komunitarja li tissostitwixxi ruħha għall-awtorità istituttiva tal-Komunità sabiex tbiddel is-sistema tar-rimedji u tal-proċeduri stabbiliti mit-Trattat (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Lulju 2002, Union de Pequeños Agricultores vs Il-Kunsill C-50/00 P, Ġabra p. I-6677, punt 45; sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ġunju 2000, Salamander et vs Il-Parlament u Il-Kunsill, T-172/98, T-175/98 sa T-177/98, Ġabra p. II-2487, punt 75, u tal-15 ta' Jannar 2003, Phillip Morris International et vs Il-Kummissjoni, T-377/00, T-379/00, T-380/00, T-260/01 u T-272/01, Ġabra p. II-1, punt 124).

35      IlIl-fatt li, kif issostni r-rikorrenti, il-konvenuta m'għandhiex diskrezzjoni f'dan il-każ, jew li l-Qorti tal-Prim'Istanza ddikjarat fis-sentenza Ciment li l-ispejjeż tal-garanzija bankarja għandhom jitħallsu lura ma jbiddilx din il-konklużjoni. Dan jgħodd ukoll għall-argument tar-rikorrenti li l-Artikolu 233 KE joħloq xi "drittijiet għal kumpens" jew li rimedji oħra, barra mir-rikors għal annullament jew għal nuqqas li tittieħed azzjoni, jistgħu jintużaw sabiex jiġu affermati d-drittijiet, jew inkella għall-argument li l-prinċipju ta' l-ekonomija ta' proċedura għandha tkun applikabbli.

36      Fil-fatt, l-unika domanda magħmula fil-kuntest ta' l-eċċezzjoni ta' inammissibiltà hija jekk l-Artikolu 233 KE, bħala tali, jikkostitwixxix rimedju legali speċifiku. Fid-dawl tar-rimedji limitati previsti mit-Trattat u tal-ġurisprudenza ċċitata iktar 'il fuq, ir-risposta għandha tkun negattiva.

37      Għall-finijiet ta' kompletezza, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Prim'Istanza, fis-sentenza Ciment, ma indikatx, kuntrarjament għal dak li tippretendi r-rikorrenti, li l-ispejjeż tal-garanziji bankarji għandhom jitħallsu lura. Hija speċifikat biss, u barra minn hekk fil-kuntest tas-sentenzi T-50/95 u T-51/95 li fihom ir-rikorrenti ma kinitx parti, li "dawn it talbiet [kienu] jikkonċernaw fir-realtà l-eżekuzzjoni ta' din il-kawża, u [kien] f'idejn il-Kummissjoni li tieħu l-miżuri li teħtieġ tali eżekuzzjoni, skond l-Artikolu 176 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 233 KE)" (sentenza Ciment, punt 5118) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Jirriżulta minn dan il-punt li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma ddeċidietx li l-Kummissjoni kellha l-obbligu tħallas lura l-ispejjeż tal-garanzija bankarja skond l-Artikolu 233 KE. Il-Qorti tal-Prim'Istanza indikat biss li kien f'idejn il-Kummissjoni li tieħu miżuri sabiex teżegwixxi s-sentenza. Għandu jiġi mfakkar f'dan ir-rigward li mhuwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Prim'Istanza li tissostitwixxi lill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-miżuri li hija kien imissha ħadet fil-kuntest ta' l-Artikolu 233 KE (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 1992, Meskens vs Il-Parlament, T-84/91, Ġabra p. II-2335, punti 78 u 79).

38      Għandu jiġi rilevat ukoll li din il-kawża ma tistax tiġi mqabbla ma' dik li wasslet għas-sentenza Corus UK vs Il-Kummissjoni, punt 8 iktar 'il fuq. F'din is-sentenza, il-Qorti tal-Prim'Istanza kkunsidrat, (fil-punt 39), li l-Artikolu 34 FA, (li jikkorrispondi, għat-Trattat KEFA, għall-Artikolu 233 KE) kien jistabbilixxi rimedju legali speċifiku, distint minn dak previst mir-regola komuni dwar ir-responsabbiltà tal-Komunità li implementat l-Artikolu 40 FA (li jikkorrispondi, għat-Trattat KEFA, għall-Artikolu 288 KE), meta d-dannu invokat kien ir-riżultat ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li sussegwentement ġiet annullata mill-Qorti Komunitarja.

39      Madankollu, l-Artikolu 233 KE, invokat f'din il-kawża, huwa mfassal f'termini differenti minn dawk ta' l-Artikolu 34 FA. Skond din id-dispożizzjoni ta' l-aħħar, minbarra l-fatt li l-Kummissjoni kellha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tassigura kumpens ġust għal dannu li jirriżulta direttament mid-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni annullata, in-nuqqas tagħha li tagħmel dan kien jippermetti wkoll li jsir rikors għal danni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. F'dawn iċ-ċirkustanzi, s-soluzzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza fis-sentenza Corus UK vs Il-Kummissjoni, punt 8 iktar 'il fuq, ma tistax tiġi trasposta f'dan il-każ.

40      Għal dawn ir-raġunijiet kollha, ir-rikors tar-rikorrenti, safejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 233 KE, għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.

–       Fuq it-talba tar-rikorrenti sabiex ir-rikors jiġi interpretat bħala rikors għal annullament jew rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni.

41      QabQabel kollox, għandu jiġi mfakkar li, fl-ewwel parti tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tispeċifika li dan ir-rikors għandu bħala għan "talba għal kumpens". Barra minn hekk, it-talbiet tar-rikors huma intiżi għal ordni "lill-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 139 002.21, flimkien ma' interessi għad-dewmien bir-rata ta' 5.75% fis-sena li jibdew jiddekorru mill-15 ta' April 2000". Jirriżulta minn dawn l-elementi li din il-kawża għandha b'mod ċar bħala għan il-kisba ta' kumpens u mhux l-annullament ta' att, jew il-konstatazzjoni ta' nuqqas tal-konvenuta milli tieħu azzjoni.

42      L-ewwel paragrafu ta' L-l-Artikolu 21 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 53 ta' l-istess Statut, jiddisponi li "[k]aż jista' jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta' rikors bil-miktub li jintbagħat lir-Reġistratur" u li "[f]ir-rikors għandu jkun hemm l-isem u l-indirizz permanenti tar-rikorrent u l-kwalità tal-firmatarju, l-isem tal-parti jew tal-partijiet li kontrihom ikun qed isir ir-rikors, l-materja tal-kwistjoni, l-konklużjonjiet u dikjarazzjoni fil-qosor tal-motivi tat-talba."

43      Bl-istess mod, l-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura jipprovdi li r-rikors imsemmi fl-Artikolu 21 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jinkludi s-suġġett tal-kawża u sunt tar-raġunijiet imressqa.

44      Skond ġurisprudenza kostanti, dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu ċari u preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu lill-konvenut jipprepara d-difiża tiegħu u lill-Qorti tal-Prim’Istanza tiddeċiedi fuq ir-rikors, jekk ikun il-każ, mingħajr is-sostenn ta’ ebda informazzjoni oħra. Sabiex tiġi garantita ċ-ċertezza legali u amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, jeħtieġ, sabiex rikors ikun ammissibbli, li l-elementi essenzjali ta’ fatt u ta’ dritt li fuqhom ir-rikors ikun ibbażat jirriżultaw, almenu fil-qosor, iżda b’mod koerenti u li jistgħu jinftiehmu sewwa, mit-test tar-rikors innifsu (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta' Mejju 1998, Enso Espaňola vs Il-Kummissjoni, T-348/94, Ġabra p. II-1875, punt 143).

45      Barra minn hekk, skond ġurisprudenza kostanti jirriżulta mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 44(1) flimkien ma' dawk ta' l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura li s-suġġett tat-talba għandu jiġi ddeterminat fir-rikors. Talba magħmula għall-ewwel darba fir-replika tbiddel is-suġġett inizjali tar-rikors u għandha, għaldaqstant, tiġi kkunsidrata bħala talba ġdida u tiġi miċħuda bħala inammissibbli (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Jannar 2002, Biret u Cie vs Il-Kunsill T-210/00, Ġabra p. II-47, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan ir-raġunament japplika wkoll jekk is-suġġett inizjali tar-rikors jiġi mmodifikat fil-kuntest ta' osservazzjonijiet fuq eċċezzjoni ta' inammissibbiltà.

46      Meta jittieħdu in kunsiderazzjoni dawn l-elementi, u peress li r-rikors kellu, bħala l-uniku għan tiegħu, il-kisba ta' "kumpens", it-talba tar-rikorrenti sabiex ir-rikors jiġi interpretat, safejn huwa bbażat fuq l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 233 KE, bħala rikors għal annullament jew rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.

 Fuq il-preskrizzjoni ta' l-azzjoni għal danni bbażata fuq l-Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 KE

 L-argumenti tal-partijiet

47      Il-konvenuta tikkontesta wkoll, għal parti mill-ispejjeż bankarji subiti mir-rikorrenti, l-ammissibbiltà tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 KE.

48      Fid-dawl ta' l-Artikolu 46 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-konvenuta tikkunsidra li l-allegat dritt pretiż huwa preskritt u r-rikors inammissibbli, fil-parti relativa għall-ispejjeż tal-garanzija bankarju sostnuti qabel il-31 ta' Jannar 1998.

49      F'dan il-każ, l-att li jista' possibbilment jagħti lok għal obbligu ta' kumpens lir-rikorrenti, jiġifieri d-Deċiżjoni Ciment, ġie adottat fit-30 ta' Novembru 1994, u ġie nnotifikat lir-rikorrenti fit-3 ta' Frar 1995. Il-garanziji bankarji ġew kostitwiti fit-18 u l-21 ta' April 1995, imbagħad intbagħtu lill-Kummissjoni. Il-perijodu kopert mill-garanzija beda jiddekorri fi tmiem tat-terminu għall-pagament, jiġifieri fit-3 ta' Mejju 1995. Peress illi, skond il-konvenuta, il-kundizzjonijiet ta' obbligu li jingħata kumpens setgħu jiġu sodisfatti, fejn xieraq, minn dik id-data, it-3 ta' Mejju 1995 għandha tiġi kkunsidrata bħala d-data tal-bidu tat-terminu ta' preskrizzjoni.

50      Il-konvenuta tirkonoxxi li f'dan il-każ, id-dannu ma ġiex ikkawżat b'mod istantanju, iżda b'mod kontinwu, sa' l-iskadenza tal-garanziji bankarji. F’każ bħal dan, il-preskrizzjoni msemmija fl-Artikolu 46 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tapplika għall-perijodu li jippreċedi d-data ta' l-att li jinterrompi l-preskrizzjoni b'aktar minn ħames snin, mingħajr ma taffettwa d-drittijiet li jkunu nħolqu matul il-perijodi suċċessiv.

51      F'dan il-każ, il-konvenuta tikkunsidra li r-rikorrenti, fl-ittra tagħha tal-5 ta' April 2002, tabilħaqq stednitha tħallasaha lura l-ispejjeż tal-garanzija bankarja billi invokat it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 288 KE, iżda ma ppreżentatx rikors fit-terminu previst mill-Artikolu 230 KE, kif jeżiġi t-tielet sentenza ta' l-Artikolu 46 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

52      Il-konvenuta tikkonkludi minn dan li l-preskrizzjoni ġiet interrota biss bil-preżentata tar-rikors, fil-31 ta' Jannar 2003 u li d-drittijiet relativi għall-ispejjeż tal-garanzija bankarja subiti qabel il-31 ta' Jannar 1998 huma għaldaqstant preskritti.

53      B'mod kuntrarju, Għall-kuntrarju, ir-rikorrenti ssostni li l-preskrizzjoni tat-talba għal ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' garanzija bankarja bdiet tiddekorri biss mad-data meta ngħatat is-sentenza Ciment. Billi tirreferi b'mod partikolari għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Jannar 1982, Birra Wührer et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (256/80, 257/80, 265/80, 267/80 u 5/81, Ġabra p. 85, punti 10 sa 12), hija ssostni li kien biss mid-data meta ngħatat is-sentenza li l-kundizzjonijiet li għalihom huwa suġġett l-obbligu li jingħata kumpens kienu sodisfatti.

54      Skond ir-rikorrenti, l-element deċisiv sabiex jinħoloq id-dritt għall-kumpens mhuwiex, f'dan il-każ, is-sempliċi illegalità tad-deċiżjoni li timponi l-multa, iżda l-annullament tagħha mill-Qorti, peress li sakemm id-deċiżjoni kienet valida, kien hemm bażi legali għall-kostituzzjoni tal-garanziji bankarji. Peress li r-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni li timponi l-multa ma kellux effett sospensiv, l-obbligu impost mill-parti operattiva tad-Deċiżjoni Ciment kien għadu effettiv waqt li kienet għaddejja l-proċedura.

55      Approċċ differenti, skond ir-rikorrenti, ma jkunx kompattibbli mal-prinċipju ta' l-ekonomija ta' proċedura, peress li jimponi t-tressiq, flimkien ma' l-azzjoni għall-annullament tad-deċiżjoni li timponi l-multa, ta' rikors għad-danni intiż għall-ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' garanzija bankarja ukoll. Sabiex jiġu evitati sentenzi diverġenti dwar il-legalità tad-deċiżjoni in kwistjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza tkun tista' tiddeċiedi dwar ir-rikors għad-danni biss wara s-sentenza ta' annullament, u r-rikors għad-danni jkollu jiġi sospiż sa dak il-mument.

56      Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-estensjoni tad-dannu ġie ddeterminat miż-żmien li matulu baqa' pendenti r-rikors għal annullament. B'dan il-mod, f'dan il-każ, m'hemmx dannu suċċessiv.

57      Fl-aħħar nett, hija tikkunsidra li l-approċċ sostnut mill-konvenuta jwassal għar-riżultat li t-terminu ta' preskrizzjoni tad-dritt għall-ħlas lura ta' l-ispejjeż ta' garanzija bankarja jkompli jiddekorri sakemm tibqa' pendenti l-proċedura ta' annullament. Għaldaqstant, il-konvenuta tkun tista' tevita talbiet għal kumpens billi tiżgura, bil-preżentata ta' appell, li s-sentenza ta' annullament issir eżekuttiva l-iktar tard possibbli.

58      Ir-rikorrenti tikkonkludi minn dan li l-preskrizzjoni bdiet tiddekorri f'Marzu tas-sena 2000 u ġiet interrotta mill-preżentata tar-rikors fil-31 ta' Marzu 2003, jiġiferi qabel ma skada t-terminu ta' preskrizzjoni, skond l-Artikolu 46 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza

59      Skond il-ġurisprudenza, it-terminu ta' preskrizzjoni ta' l-azzjoni għal dikjarazzjoni ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità ma jibdix jiddekorri qabel ma jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li għalihom huwa suġġett l-obbligu ta' kumpens (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Jannar 2002, Biret International vs Il-Kunsill, T-174/00, Ġabra p. II-17, punt 38).

60      F'dan il-każ, id-dannu allegatament ikkawżat lir-rikorrenti feġġ malli ġew ikkostitwiti l-garanziji bankarji. L-Annessi 2 u 3 tar-rikors juru f'dan ir-rigward li l-garanzija bankarja ta' Alsen Breitenburg ġiet ikkostitwita mit-3 ta' Mejju 1995 sat-2 ta' Mejju 2000 mal-Berenberg Bank u dik ta' Nordcement mit-18 ta' April 1995 sat-3 ta' Mejju 2000 mad-Deutsche Bank. Dawn il-banek għalhekk applikaw l-ispejjeż, ikkalkulat fuq il-bażi ta' kummissjoni annwali espressa f'perċentwali ta' l-ammonti garantiti (0.45% għall-Berenberg Bank u 0.375 % għad-Deutsche Bank).

61      F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-ammonti li kellhom jitħallsu lill-banek kienu proporzjonali għall-ġranet li matulhom kienu fis-seħħ il-garanziji bankarji. Dan il-kalkulu ta' l-ispejjeż tal-garanziji bankarji jirriżulta mill-Anness 2 tar-rikors, peress li l-Berenberg Bank ikkalkulat l-ispejjeż b'mod proporzjonali man-numru ta' ġranet li għaddew. Ir-rikorrenti kkonfermat, waqt is-seduta, li l-ispejjeż bankarji akkumulaw skond in-numru ta' ġranet.

62      Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-ispejjeż diġà subiti kellhom jitħallsu lill-banek, indipendentement mir-riżultat finali tar-rikors għal annullament.

63      Billi kkunsidrat li d-Deċiżjoni Ciment kienet illegali (li huwa kkonfermat mill-fatt li hija ppreżentat rikors għal annullament), ir-rikorrenti setgħat tinvoka r-responsabbiltà mhux kontrattwali tal-Komunità malli ġew ikkostitwiti l-garanziji bankarji. Hija setgħat issostni, f'dan il-kuntest, l-eżistenza ta' dannu futur iżda ċert u determinabbli (jiġifieri l-ispejjeż għal garanzija bankarja applikabbli) peress li dan id-dannu seta' jiġi previst b'biżżejjed ċertezza (ara, dwar il-possibbiltà li jiġi invokat dannu futur, partikolarment, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Ġunju 1976, Kampffmeyer et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, 56/74 sa 60/74, Ġabra p. 711, punt 6, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ġunju 2000 Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill, T-79/96, T-260/97 u T-117/98, Ġabra p. II-2193, punti 192 u 207).

64      Għall-kuntrarju ta' dak li ssostni r-rikorrenti, l-annullament tad-Deċiżjoni Ciment ma kienx neċessarju sabiex jiddekorri t-terminu ta' preskrizzjoni ta' l-azzjoni għal danni. Il-Qorti tal-Prim'Istanza diġà kellha l-okkażjoni tispeċifika li l-fatt li rikorrent jkun ħaseb li ma kellux il-provi kollha li kellu bżonn sabiex jagħti prova b'mod suffiċjenti skond il-liġi tar-responsabbiltà tal-Komunità fil-kuntest ta' proċedura ġudizzjarja ma jistax, b'daqshekk, iwaqqaf it-terminu ta' preskrizzjoni milli jiddekorri. Fil-fatt, kieku jiġri hekk, tinħoloq konfużjoni bejn il-kriterju proċedurali dwar il-bidu tat-terminu ta' preskrizzjoni u l-konstatazzjoni li l-kundizzjonijiet għar-responsabbiltà huma sodisfatti, li tista' ssir, b'mod definittiv, biss mill-qorti li quddiemha tkum tressqet il-kwistjoni sabiex tagħti deċiżjoni finali dwar il-mertu tal-kawża (Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Jannar 2001, Autosalone Ispra dei Fratelli Rossi vs Il-Kummissjoni, T-124/99, Ġabra p. II-53, punt 24).

65      F'dan il-każ, kwalunkwe ksur tad-dritt Komunitarju kien jeżisti mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni Ciment. Fil-mument meta r-rikorrenti ġiet innotifikata b'din id-deċiżjoni, hija saret taf biha b'mod uffiċjali, fil-fatt u fid-dritt. Huwa f'dan il-mument ukoll li d-Deċiżjoni Ciment bdiet tipproduċi effetti ġuridiċi fil-konfront tar-rikorrenti. Għaldaqstant, minn din id-data hija kellha l-possibbiltà li targumenta li seħħ ksur tad-dritt Komunitarju.

66      Jekk jiġi adottat approċċ ieħor, ir-riżultat ikun li jkunu qed jitqajjmu dubji dwar l-awtonomija tar-rikors għal danni vis-à-vis ir-rimedji l-oħra, partikolarment ir-rikors għal annullament (ara, dwar l-awtonomija tar-rikors għad-danni, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' April 2002, Lamberts vs L-Ombudsman, T-209/00, Ġabra p. II-2203, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata).

67      L-argumenti mressqa mir-rikorrenti dwar il-prinċipju ta' l-ekonomija ta' proċedura huma, f'dan ir-rigward, irrilevanti. Fil-fatt, anki jekk dan il-prinċipju jista' jippermetti li l-parti kkonċernata tkun tista' tevita li tippreżenta rikors ġdid meta deċiżjoni ġdida tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata [sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Ottubru 2001, British American Tobacco International (Investments) vs Il-Kummissjoni, T-111/00, Ġabra p. II-2997, punt 22], dan ma jistax jippermetti li jitqajmu dubji dwar ir-regoli li jerrogolaw il-preskrizzjoni ta' l-azzjoni għal kumpens għad-danni. Dan kien ikun il-każ li kieku l-argument tar-rikorrenti ntlaqa'.

68      Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, għandu jiġi deċiż li t-terminu ta' preskrizzjoni ta' l-azzjoni dwar ir-responsabbiltà mhux kontrattwali beda jiddekorri, f'dan il-każ, malli ġew ikkostitwiti l-garanziji bankarji mill-kumpanniji kkonċernati, jiġifieri fit-3 ta' Mejju 1995 għal Alsen Breitenburg u t-18 ta' April 1995 għal Nordcement.

69      Madankollu, għandu jiġi kkunsidrat ukoll il-fatt li d-dannu invokat f'din il-kawża ma kienx istantanju, iżda kontinwu. Fil-fatt, kif ġie indikat qabel, l-ispejjeż gew ikkalkulata b'mod proporzjonali għan-numru ta' ġranet li matulhom kienu fis-seħħ il-garanziji bankarji. Barra minn hekk, dan il-punt ġie kkonfermat mir-rikorrenti waqt is-seduta. Għaldaqstant, id-dannu invokat żviluppa ġurnata b'ġurnata u huwa ta' natura kontinwa.

70      F'każ bħal dan, il-preskrizzjoni msemmija fl-Artikolu 46 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tapplika, skond id-data ta' l-att ta' interruzzjoni, għall-perijodu li jippreċedi dik id-data b'aktar minn ħames snin, mingħajr ma taffettwa d-drittijiet li jkunu nħolqu matul il-perjodi suċċessiv (sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' April 1997, Hartmann vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, T-20/94, Ġabra p. II-595, punt 132; Biret International vs Il-Kunsill, punt 59 iktar 'il fuq, punt 41, u d-Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Settembru 2001, Jestädt vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, T-332/99, Ġabra p. II-2561, punti 44 u 45).

71      F'dan ir-rigward, l-Artikolu 46 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprevedi bħala att ta' interruzzjoni jew ir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jew it-talba li ssir qabel ir-rikors li l-vittma tista' tibgħat lill-istituzzjoni kompetenti. Fil-każ ta' l-aħħar, ir-rikors għandu jiġi ppreżentat fi żmien xahrejn kif previst fl-Artikolu 230 KE, u d-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 232 KE għandhom japplikaw fejn xieraq.

72      FiF'dan il-każ, b'ittra tat-28 ta' Settembru 2001, u skond l-Artikolu 91 tar-Regoli ta' Proċedura, r-rikorrenti talbet lill-konvenuta l-ħlas lura ta' l-ispejjeż li rriżultaw mill-kostituzzjoni tal-garanziji bankarji. Hija rrepetiet it-talba tagħha b'ittra tal-5 ta' April 2002, u din id-darba invokat it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 KE.

73      Madankollu, wara dawn iż-żewġ talbiet, ir-rikorrenti ma ppreżentatx, kif teżiġi t-tielet sentenza ta' l-Artikolu 46 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, rikors fit-terminu previst fl-Artikolu 230 KE. Għaldaqstant, dawn l-ittri ma jikkostitwixxux atti li jinterrompu l-preskrizzjoni skond l-Artikolu 46 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

74      Minħabba dawn ir-raġunijiet kollha, u minħabba l-fatt li dan ir-rikors ġie ppreżentat fil-31 ta' Jannar 2003, huwa għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli f'dak li jirrigwarda l-ispejjeż tal-garanzija bankarja subiti mir-rikorrenti ħames snin qabel din id-data, jiġifieri qabel il-31 ta' Jannar 1998.

 Fuq il-mertu

75      Peress li r-rikors ġie miċħud bħala inammissibbli safejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 233 KE, l-eżami tal-Qorti tal-Prim'Istanza fuq il-mertu huwa limitat għall-argumenti tar-rikorrenti ppreżentati skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 KE u l-Artikolu 235 KE. Barra minn hekk, billi r-rikors għal kumpens ukoll ġie miċħud bħala inammissibbli għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż tal-garanzija bankarja subiti qabel il-31 ta' Jannar 1998, l-eżami tal-mertu jirrigwarda biss l-ispejjeż subiti wara din id-data.

 L-argumenti tal-partijiet

76      Fir-rigward ta' l-illegalità tad-Deċiżjoni Ciment annullata mill-Qorti tal-Prim'Istanza, ir-rikorrenti tallega li din id-deċiżjoni fiha difett li jġib miegħu r-responsabbiltà tal-Komunità. Hija tenfasizza li din id-Deċiżjoni ġiet parzjalment annullata għaliex il-konvenuta me setgħatx tagħti prova tal-ksur, mir-rikorrenti, ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KE jew tal-parteċipazzjoni tagħha fi ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni. Għaldaqstant, ir-rikorrenti tikkunsidra li, f'dan il-każ, il-Kummissjoni għamlet żball gravi.

77      Ir-Ir-rikorrenti tispeċifika li l-konvenuta ma kinitx tiddisponi minn diskrezzjoni meta adottat id-Deċiżjoni Ciment. Billi għamlet referenza għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' Lulju 2003, Il-Kummissjoni vs Fresh Marine (C-472/00 P, Ġabra p. I-7541), hija tikkunsidra li sempliċi ksur tad-dritt Komunitarju huwa biżżejjed, għaldaqstant, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' "ksur gravi biżżejjed". Skond is-sentenza Ciment, il-konvenuta ma kellhiex, f'dan il-każ, timponi multa, ħaġa li tnaqqas totalment id-diskrezzjoni tagħha. Din il-kawża hija differenti mill-kawża li tat lok għas-sentenza Corus UK vs Il-Kummissjoni, punt 8 iktar 'il fuq, fejn kellu jiġi analizzat jekk il-Kummissjoni eżerċitatx b'mod ħażin id-diskrezzjoni tagħha fid-determinazzjoni ta' l-ammont tal-multa. Ir-rikorrenti tikkonkludi minn dan li, f'dan il-każ, l-illegalità tad-deċiżjoni li timponi l-multa hija biżżejjed biex tagħti lok għar-responsabbiltà tal-Komunità.

78      F'dawn iċ-ċirkustanzi, id-determinazzjoni tal-karattru kumpless tal-kawża hija rrilevanti. Fi kwalunkwe każ, għandha tiġi analizzata s-sitwazzjoni partikolari tar-rikorrenti. Peress li l-Qorti tal-Prim'Istanza kkunsidrat li ma kinux jeżistu provi biżżejjed f'dan il-każ, is-sitwazzjoni tar-rikorrenti ma setgħatx tiġi kkunsidrata bħala kumplessa. Fi kwalunkwe każ, hemm ksur gravi ta' l-obbligu ta' dilliġenza tal-Kummissjoni.

79      Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tindika li l-kooperazzjoni jew in-nuqqas ta' kooperazzjoni ta' l-impriżi l-oħra waqt il-proċedura amministrattiva ma tista', f'ebda każ, tagħmlilha ħsara. Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-garanzija bankarja għandhom jitħallsu lura minħabba l-prinċipju ta' ġustizzja (fairness).

80      Fir-rigward tar-rabta kawżali, ir-rikorrenti tispeċifika li d-Deċiżjoni Ciment ikkawżatilha dannu dirett, jiġifieri l-ispejjeż tal-garanzija bankarja. Hija tindika li dan id-dannu mhuwiex ibbażat fuq deċiżjoni libera min-naħa tagħha u tenfasizza li, fil-każ ta' ċaħda tar-rikors għal annullament tagħha, hija tkun sofriet dannu jew minħabba l-interessi mħallsa jew minħabba l-ispejjeż tal-garanzija bankarja. Ir-rikorrenti tispeċifika wkoll li, li kieku l-kostituzzjoni ta' garanzija bankarja ma kellhiex l-istess konsegwenzi ġuridiċi bħall-pagament immedjat tal-multa, din ma kinitx tikkostitwixxi alternattiva valida għall-impriżi.

81      fir-rigwarFir-rigward tad-dannu, ir-rikorrenti tippreżenta bħala anness mar-rikors tagħha żewġ kontijiet bankarji għall-ammont totali ta' EUR 139 002.21. Hija titlob ukoll li l-Kummisjoni tiġi ordnata tħallas l-interessi għad-dewmien (bir-rata ta' 5.75%), li jibdew jiddekorru minn xhar wara li ngħatat is-sentenza Ciment, jiġifieri fil-15 ta' April 2000.

82      Il-konvenuta tikkunsidra, min-naħa tagħha, li r-rikorrenti qrat b'mod ħazin is-sentenza Il-Kummissjoni vs Fresh Marine, punt 77 iktar 'il fuq. Il-Qorti tal-Ġustizzja kienet biss irrilevat f'din is-sentenza li s-sempliċi ksur tad-dritt Komunitarju "jista'" jkun biżżejjed biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' ksur gravi biżżejjed. Il-kriterju deċisiv huwa l-karattru manifest u gravi ta' l-iżball magħmul u għandhom jiġu eżaminati ukoll, skond il-konvenuta, il-fatturi kollha li jistgħu jipprovdu indikazzjoni tal-gravità ta' l-iżball magħmul mill-Kummissjoni.

83      Fil-każ in kwistjoni, il-konvenuta ssostni li l-kawża li tat lok għas-sentenza Ciment kienet kumplessa ħafna. Il-ksur kien ikkaratterizzat minn diversi ramifikazzjonijiet, l-implikazzjoni ta' parti kbira ta' l-industrija Ewropea u numru elevat ħafna ta' parteċipanti u għaldaqstant ta' destinatarji tad-deċiżjoni. Barra minn hekk, l-akkordju ġie miżmum sigriet u, waqt l-inkjesta, ebda mill-impriżi kkooperaw lil hinn minn dak li huwa previst mir-regoli dwar is-setgħat ta' investigazzjoni.

84      Dwar ir-rabta kawżali, il-konvenuta ssostni li, b'differenza għall-pagament ta' multa, il-kostituzzjoni ta' garanzija bankarja mhijiex obbligu. Hija tikkonkludi minn dan li m'hemmx rabta kawżali diretta, fis-sens tal-ġurisprudenza, bejn l-iżball eventwali tal-Kummissjoni u d-dannu allegat.

85      DwDwar id-dannu, il-konvenuta tispeċifika li, fir-rigward ta' l-interessi mitluba, fil-15 ta' April 2000 (data proposta mir-rikorrenti sabiex jibdew jiddekorru l-interessi għad-dewmien), hija ma kinitx taf x'kienu t-talbiet tar-rikorrenti u lanqas l-ammont mitlub. Fir-rigward ta' l-ittra tar-rikorrenti tal-5 ta' April 2002, din ma ġietx segwita b'rikors fit-terminu indikat fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 46 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, il-konvenuta tikkunsidra li dritt għall-pagament ta' interessi għad-dewmien, fi kwalunkwe każ, jista' jittieħed in kunsiderazzjoni biss mill-preżentata ta' dan ir-rikors, jiġifieri fil-31 ta' Jannar 2003. Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-rati ta' l-interessi mitluba, il-konvenuta tenfasizza li r-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' rifinanzjament, fil-31 ta' Jannar 2003 kienet ta' 2.75 %. Iż-żieda ta' żewġ punti perċentwali stabbilita fis-sentenza Corus UK vs Il-Kummissjoni, punt 8 iktar'il fuq, tammonta għal rata ta' l-interessi ta' 4.75% u mhux ta' 5.75% kif issostni r-rikorrenti.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

86      Jirriżulta minn ġurisprudenza kostanti li sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità, fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 KE, jridu jiġu sodisfatti numru ta' kundizzjonijiet, jiġifieri, l-illegalità ta' l-aġir allegat fil-konfront ta' l-istituzzjonijiet, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta' rabta kawżali bejn l-aġir allegat u d-dannu invokat (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Settembru 1982, Oleifici Mediterranei vs Il-KEE, 26/81, Ġabra p. 3057, punt 16 u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Ottubru 1996, Efisol vs Il-Kummissjoni, T-336/94, Ġabra p. II-1343, punt 30).

 Fuq il-kundizzjoni dwar l-illegalità ta' l-aġir allegat

87      fir-rigwar Fir-rigward tal-kundizzjoni dwar l-illegalità ta' l-aġir allegat, il-ġurisprudenza teżiġi li tiġi stabbilita l-eżistenza ta' ksur gravi biżżejjed ta' regola ta' dritt li għandha bħala għan li tagħti drittijiet lill-individwi. F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li s-sistema mfassla mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-responsabbiltà mhux kontrattwali tal-Komunità tikkunsidra l-kumplessità tas-sitwazzjonijiet li għandhom jiġu rregolati, id-diffikultajiet ta' applikazzjoni jew interpretazzjoniji tat-testijiet u b'mod partikolari, id-diskrezzjoni li jiddisponi minnha l-awtur ta' l-att in kwistjoni. Il-kriterju deċiżiv sabiex ksur tad-dritt Komunitarju jiġi kkunsidrat bħala ksur gravi biżżejjed huwa dak tan-nuqqas manifest u gravi, mill-istituzzjoni Komunitarja kkonċernata, li tosserva l-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tagħha. Fejn din l-istituzzjoni tiddisponi biss minn marġni ta’ diskrezzjoni kunsiderevolment limitata, jew ma jkollha ebda diskrezzjoni, is-sempliċi ksur tad-dritt Komunitarju jista’ jkun biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur gravi biżżejjed (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-4 ta' Lulju 2000, Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni, C-352/98 P, Ġabra p. I-5291, punti 40 u 42 sa 44; ta' l-10 ta' Diċembru 2002, Il-Kummissjoni vs Camar u Tico, C-312/00 P, Ġabra p. I-11355, punti 52 sa 55, u Il-Kummissjoni vs Fresh Marine, punt 77 iktar' il fuq, punti 24 sa 26).

–       Fuq il-kuntest fattwali u ġuridiku tad-Deċiżjoni Ciment.

88      Preliminarjament, għandu jiġi mfakkar li, id-Deċiżjoni Ciment kienet tiddisponi fl-Artikolu 1 tagħha, li ċerti assoċjazzjonijiet, federazzjonijiet u impriżi (inkluża r-rikorrenti) kienu kisru l-Artikolu 85(1) tat-Trattat KE, billi pparteċipaw fi ftehim (imsejjaħ "ftehim Cembureau", mill-isem ta' l-assoċjazzjoni Ewropea tas-siment) li kellu bħala għan li ma jsirx trasbord għas-swieq domestiċi u li jiġi rregolat it-trasferiment tas-siment minn pajjiż għal ieħor. L-assoċjazzjoni Cembureau kienet tinkludi membri diretti u membri indiretti. L-impriżi li ħolqu lir-rikorrenti wara li ngħaqdu kienu jagħmlu parti minn din it-tieni kategorija (ara, b'mod partikolari, il-punt 1440 tas-sentenza Ciment). F'dan il-kuntest, u fir-rigward tal-membri indiretti ta' Cembureau, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Ciment irrefera għall-impriżi (inkluża r-rikorrenti) li kienu wrew l-adeżjoni tagħhom mal-ftehim Ciment billi pparteċipaw f'miżura ta' implementazzjoni tiegħu (punt 4076 tas-sentenza Ciment). 

89      F'dF'dan ir-rigward, l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Ciment kien jikkonkludi li ċerti assoċjazzjonijiet, federazzjonijiet u impriżi (inkluża dik tar-rikorrenti) kienu kisru l-Artikolu 85(1) tat-Trattat KE, billi pparteċipaw, fi ħdan il-European Cement Export Committee (iktar il-quddiem l-"ECEC") f'prattiċi miftiehma intiżi biex jevitaw l-inkursjonijiet ta' kompetituri fis-swieq nazzjonali rispettivi tal-Komunità.

90      Għal dawn ir-raġunijiet, skond l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Ciment, multi ta' EUR 3.841 miljun u ta' EUR 1.85 miljun ġew imposti, rispettivament, fuq Alsen Breitenburg u Nordcemenr (li wara li ngħaqdu, nħolqot ir-rikorrenti).

91      Madankollu, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li l-elementi ta' prova mressqa fid-Deċiżjoni Ciment, anki meta eżaminati b'mod sħiħ, ma jistabbilixxux li l-membri ta' l-ECEC, fil-kuntest tal-kooperazzjoni tagħhom fi ħdan dan il-kumitat għall-esportazzjoni, kellhom l-intenzjoni jinkanalaw il-produzzjoni żejda tagħhom sabiex isaħħu r-regola li ma jsirx trasbord għas-swieq nazzjonali (punt 3849 tas-sentenza Ciment).

92      Safejn l-attivitajiet fi ħdan l-ECEC ġew ikkunsidrati, fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Ciment, li jikkosistitwixxu ksur ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat KE, minħabba li kienu intiżi biex jevitaw l-inkursjonijiet tal-kompetituri fis-swieq nazzjonali rispettivi tal-Komunità, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li tannulla l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Ciment (punt 3850 tal-motivi u punti 16 u 17 tal-parti operattiva tas-sentenza Ciment).

93      BarrBarra minn hekk, peress li ma ġiex stabbilit li l-aġir imsemmi fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Ciment kellu l-istess għan bħall-ftehim Cembureau, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li dan l-aġir ma jistax jiġi kkunsidrat bħala element li jikkostitwixxi l-ksur previst fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Ciment (punt 4058 tas-sentenza Ciment). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet li tannulla wkoll, f'dak li jirrigwarda r-rikorrenti, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Ciment (punti 4074 sa 4079 tal-motivi u punti 16 u 17 tal-parti operattiva tas-sentenza Ciment).

94      Bħala konsegwenza ta' dan, l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Ciment, li tiffissa l-multi għal Alsen Breitenburg u Nordcement, ukoll ġie anullat (punt 4718 tal-motivi u punti 16 u 17 tal-parti operattiva tas-sentenza Ciment).

–       Fuq id-diskrezzjoni tal-Kummissjoni

95      għGħandu jiġi mfakkar li l-qorti Komunitarja teżerċità b'mod ġenerali stħarriġ sħiħ fuq il-kwistjoni jekk il-kundizzjonijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat KE humiex sodisfatti jew le. Huwa biss fejn tistħarreġ l-evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi magħmula mill-Kummissjoni li l-qorti Komunitarja tillimita ruħha għal verifika ta' l-osservanza tar-regoli ta' proċedura u ta' motivazzjoni, kif ukoll ta' l-eżattezza materjali tal-fatti, tan-nuqqas ta' żball manifest fl-evalwazzjoni, u ta' abbuż ta' poter (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 1985, Remia et vs Il-Kummissjoni, 42/84, Ġabra p. 2545, punt 34, u tat-28 ta' Mejju 1998, Deere vs Il-Kummissjoni, C-7/95 P, Ġabra p. I-3111, punt 34).

96      F'dan il-każ, għandu jiġi rrilevat mill-bidu li l-istħarriġ li twettaq mill-Qort tal-Ġustizzja, li ta lok għall-annullament tad-Deċiżjoni Ciment, f'dak li jirrigwarda r-rikorrenti, kopra l-eżistenza ta' aġir li kkostitwixxa ksur ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat KE. Dan l-isħarriġ ma kopriex l-iffissar, mill-Kummissjoni, ta' l-ammont tal-multi in kwistjoni imposti fuq ir-rikorrenti.

97      Barra minn hekk, jirriżulta mil-punti 3771 sa 3850 tas-sentenza Ciment, li mmotivaw l-annullament ta' l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Ciment u għaldaqstant bħala konsegwenza l-annullament ta' l-Artikoli 1 u 9 ta' l-istess deċiżjoni, f'dak li jirrigwarda r-rikorrenti, li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet stħarriġ sħiħ fuq l-applikazzjoni mill-konvenuta ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat KE.

98      Il-punti relevanti tas-sentenza Ciment ma jagħmlux referenza għall-evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula mill-Kummissjoni jew għal kwalunkwe diskrezzjoni tagħha, li setgħu llimitaw il-portata ta' l-istħarriġ imwettaq mill-Qorti tal-Prim'Istanza.

99      Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li d-deskrizzjoni ta' l-aġit ta' l-impriżi in kwistjoni bħala li jikkostitwixxi ksur jew le skond l-Artikolu 85(1) tat-Trattat KE kienet taqa' f'dan il-każ fl-iskop tas-sempliċi applikazzjoni tad-dritt fuq il-bażi ta' l-elementi fattwali li kellha l-Kummissjoni.

100    Jirriżulta minn dawn l-elementi li d-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, f'dan il-każ kienet imnaqqsa. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-ksur ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat KE, irrilevat mill-Qorti tal-Prim'Istanza fis-sentenza Ciment, jiġifieri n-nuqqas ta' provi mressqa mill-konvenuta in sostenn tal-prattiċi allegati kontra r-rikorrenti, jista' jkun biżżejjed biex jistabbilixxi l-eżistenza ta' ksur gravi biżżejjed.

101    Madankollu bħalma ġie mfakkar fil-punt 87 iktar 'il fuq, is-sistema użata mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tar-responsabbiltà mhux kontrattwali tal-Komunità għandha wkoll iġġiegħel lill-qorti Komunitarja li tikkunsidra, barra diskrezzjoni ta' l-istituzzjoni kkonċernata, b'mod partikolari, l-kumplessità tas-sitwazzjonijiet li għandhom jiġu rregolati u d-diffikultajiet ta' applikazzjoni jew interpretazzjoni tat-testi.

–       Fuq il-kumplessità tas-sitwazzjonijiet li għandhom jiġu rregolati u d-diffikultajiet ta' applikazzjoni jew interpretazzjoni tat-testi.

102    F'dan il-każ, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li l-kawża li tat lok għad-Deċiżjoni u wara tas-sentenza Ciment kienet partikolarment kumplessa. F'dan ir-rigward, l-argument tar-rikorrenti li l-kumplessità tal-kuntest tal-kawża mhijiex rilevanti għandu jiġi respint. Fil-fatt, dan il-kuntest jippermetti, għall-kuntrarju, li tiġi kkalkulata l-kumplessità tas-sitwazzjonijiet li għandhom jiġu rregolati, fis-sens tal-ġurisprudenza.

103    Il-proċedura, li damet iktar minn tliet snin, inkludiet assoċjazzjonijiet kemm internazzjonali kif ukoll nazzjonali u diversi impriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi kif ukoll il-kważi totalità ta' l-impriżi Komunitarji tas-settur in kwistjoni. L-investigazzjoni mwettqa mill-konvenuta kienet tirrikjedi l-preżenza ta' numru kbir ta' elementi.

104    Il-Qorti tal-Prim'Istanza, barra minn hekk, irrilevat il-kumplessità ta' din il-kawża billi speċifikat, fil-punt 654 tas-sentenza Ciment, li, "[fi]l-kawża li wasslet għas-sentenza Suiker Unie et vs Il-Kummissjoni [...] li wkoll kienet kawża kumplessa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet […] li terminu ta' xahrejn kien raġjonevoli [sabiex tiġi ppreparata risposta għal dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet]".

105    Barra minn hekk, u fir-rigward taż-żmien li ħadet l-investigazzjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza rrilevat fil-pint 709 tas-sentenza Ciment "[li] perijodu ta' 31 xahar bejn il-verifikazzjonijiet ta' April 1989 u n-notifika tad-[dikjarazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet] ta' Novembru 1991 kien raġjonevoli, jekk wieħed jikkunsidra l-firxa u d-diffikultà ta' investigazzjoni li kienet tkopri l-kważi-totalità ta' l-industrija Ewropea tas-siment" u li "[l-]fatt li l-Kummissjoni ħadet 20 xahar wara t-tmiem tas-smigħ biex tadotta d-deċiżjoni kkontestata, fit-30 ta' Novembru 1994, ma jikkosititwixxix ksur tal-prinċipju li l-proċeduri amministrattivi dwar politika u kompetizzjoni għandhom isiru fi żmien raġjonevoli, peress li d-deċiżjoni kkontestata kellha tintbagħat lil 42 impriża u assoċjazzjonijiet ta'impriżi differenti, li kkonstatat 24-il ksur differenti u li kellha tiġi mfassla fid-disa' lingwi uffiċjali ġodda tal-Komunità".

106    Barra minn hekk, ir-rikorrenti stess irkonoxxiet, fl-ittra tagħha tat-28 ta' Settembru 2001 mibgħuta lill-konvenuta li din il-kawża hija kkaratterizzata minn kumplessità estrema. Ir-rikorrenti rreferiet b'mod partikolari għall-għan u n-natura tal-kawża, għall-importanza tagħha mill-perspettiva tad-dritt Komunitarju, kif ukoll għad-diffikultajiet tal-kawża u għan-numru ta' impriżi kkonċernati.

107    Għandu jiġi rrilevat, fit-tieni lok, li s-sitwazzjonijiet kienu saħansitra iktar kumplessi f'dan il-każ peress li l-impriżi kkonċernati mill-investigazzjoni tal-Kummissjoni kienu membri diretti jew indiretti ta' Cembureau. Fil-każ ta' l-aħħar, li hija s-sitwazzjoni tar-rikorrenti, l-impriżi kkonċernati ġew irrappreżentati fi ħdan Cembureau mill-assoċjazzjonijiet rispettivi tagħhom.

108    Għandu jiġi rrilevat, fit-tielet lok, li fir-rigward tal-parti tad-Deċiżjoni Ciment li kienet tikkonċerna speċifikament lir-rikorrenti, il-konvenuta ġiet ikkonfrontata b'diversi dokumenti probatorji li l-interpretazzjoni tagħhom ma kinitx ċara.

109    B'kekk, fir-rigward tal-motivi li wasslu għall-annullament tad-Deċiżjoni Ciment, f'dak li jikkonċerna r-rikorrenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza indikat qabel kollox (fil-punti 3790 u 3792 tas-sentenza Ciment):

! "Ma jirriżultax [mill-Artikolu 1 ta' l-att ta' kostituzzjoni ta' l-ECEC tas-6 ta' Diċembru 1979, mill-ewwel Artikolu ta' dak tas-26 ta' Settembru 1986, mill-minuti tal-laqgħa li nżammet Pariġi fit-23 ta' Jannar 1979 u minn memorandum intern ta' Ciment français tas-7 ta' Marzu 1989] li l-għan veru mfittex mill-membri ta' l-ECEC kien li jsaħħu r-regoli li ma jsirx trasbord għas-swieq nazzjonali Ewropej […] Għalkemm [in-nota ta' Blue Cirlce ta' l-1 ta' Diċembru 1983] titkellem dwar rabta bejn ir-regola li ma jsirx trasbord għas-swieq nazzjonali u l-inkanalar tal-produzzjoni żejda, ma jistax jiġi preżunt, fuq il-bażi tas-sempliċi eżistenza ta' kumitat ta' esportazzjoni, li l-membri tiegħu kellhom l-intenzjoni, mill-attivitajiet tagħhom fi ħdanu, 'jevitaw l-inkursjonijiet tal-kompetituri fis-swieq nazzjonali rispettivi tal-Komunità'".

110    F'dak li jirrigwarda l-affiljazzjoni diretta jew indiretta tal-membri ta' l-ECEC ma' Cembureau, il-Qorti tal-Prim'Istanza (fil-punti 3799 u 3800 tas-sentenza Ciment osservat:

"Bla dubju, għall-partijiet fil-ftehim Cembureau li pparteċipaw fl-attivitajiet ta' l-ECEC wara l-konklużjoni ta' l-imsemmi ftehim, l-informazzjoni skambjata waqt il-laqgħat tal-kumitat għall-esportazzjoni fir-rigward tas-swieq terzi ġiet użata sabiex tippermettilhom jikkanalizzaw il-produzzjoni żejda tagħhom lejn destinazzjonijiet mhux Ewropej u għaldaqstant iffaċilitat l-eżekuzzjoni tal-ftehim Cembureau. Issa, fost il-membri ta' l-ECEC hemm bosta membri diretti ta' Cembureau (il-FIC, is-SFIC, Aalborg, Oficemen, Irish Cement, l-ATIC, Italcementi, Cementir u l-AGCI), li m'hemm ebda dubju dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ftehim Cembureau minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kapijiet ta' Delegazzjoni li matulhom ġie konkluż u/jew ikkonfermat il-ftehim Cembureau […] Madankollu, din il-konstatazzjoni ma timplikax li l-kooperazzjoni organizzata fi ħdan l-ECEC bejn il-membri kollha ta' dan il-kumitat kellha bħala għan li ssaħħah ir-regola li ma jsirx trasbord għas-swieq nazzjonali".

111    F'dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet bejn l-ECEC u l-European Export Policy Committee (iktar 'il quddiem il-EPC"), il-Qorti tal-Prim'Istanza (fil-punti 3806 u 3821 tas-sentenza Ciment) irrilevat:

""Għandu jiġi kkonstatat, fid-dawl ta' l-elementi ta' prova li għalihom tagħmel referenza l-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kkontestata [jiġifieri d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 32 tad-Deċiżjoni Ciment], li l-membri ta' l-ECEC dejjem sostnew li l-kumitat għall-esportazzjoni tagħhom kellu karatteristiċi u indentità proprja meta mqabbla ma' dawk ta' l-EPC […] Anki jekk jiġi ammess li n-nuqqas ta' trasbord għas-swieq nazzjonali kienet ir-regola li tifforma l-bażi tal-kooperazzjoni fi ħdan l-EPC, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 32 tad-Deċiżjoni kkontestata ma jippermettux għaldaqstant li wieħed jassumi li r-rabta bejn l-ECEC u l-EPC influwenzat l-attivitajiet ta' l-ECEC b'tali mod li l-membri ta' dan il-kumitat imsemmi l-aħħar addottaw ir-regola li ma jsirx trasbord għas-swieq nazzjonali għall-attivitajiet fi ħdan l-ECEC".

112    Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-fatt li l-attivitajiet ta' l-ECEC ma kinux limitati għall-esportazzjoni fuq skala kbira, il-Qorti tal-Prim'Istanza (fil-punti 3825, 3827 u 3828 tas-sentenza Ciment) ikkunsidrat:

"I"Il-Kummissjoni ma tistax madankollu tibbaża ruħha fuq [il-]minuti [ta' l-ECEC tat-22 ta' Marzu 1985] sabiex tistabilixxi li l-kooperazzjoni fi ħdan l-ECEC kienet intiża għall-infurzar tar-regola li ma jsirx trasbord għas-swieq nazzjonali permezz ta' l-ikkanalizzar tal-produzzjoni żejda […] Għandu jiġi kkonstatat li ebda waħda mill-minuti ċċitati fil-punt [3826] ma tistabilixxi rabta bejn l-importazzjonijiet li ġejjin minn pajjiżi terzi u l-prinċipju tan-nuqqas ta' trasbord għas-swieq nazzjonali […] Fi kwalunkwe każ, is-sempliċi fatt li, xi drabi, ġiet eżaminata s-sitwazzjoni ta' l-importazzjonijiet ġejjin minn pajjiżi terzi, ma jurix li 'l-għan u l-effett tal-kooperazzjoni fi ħdan [l-]ECEC kienu li tiġi msaħħa r-regola li ma jsirx trasbord għas-swieq nazzjonali. F'dak li jirrigwarda d-dokumenti msemmija fil-punt 5 tal-premessa 3 tad-Deċiżjoni kkontestata, huwa veru, bħalma ssostni l-Kummissjoni, li ċerti minuti jagħmlu referenza għas-sitwazzjoni ta' l-Istati Membri. Madankollu, sempliċi referenza għal element ta' informazzjoni relativ għal suq intern tal-Komunità waqt laqgħa ta' l-ECEC jew tas-Sterling Committee ta' l-ECEC mhux neċessarjament turi li l-attivitajiet ta' l-ECEC kienu intizi sabiex 'isaħħu r-regola li ma jsirx trasbord għas-swieq nazzjonali'".

113    JirMinn dan jirriżulta li, mingħajr fundamentalment ma jitqajmu dubji dwar l-analiżi tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat KE għall-ftehim in kwistjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza llimitat ruħha, fis-sentenza Ciment, għal kontestazzjoni ta' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tan-natura probatorja ta' ċerti dokumenti użati sabiex jiġi kkonstatat il-ksur fir-rigward ta' ċerti rikorrenti. B'mod partikolari, jidher li d-diverġenza fl-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Kummissjoni fuq dan il-punt tikkonċerna biss attività marġinali ta' l-akkordju, jiġifieri dik eżerċitata fil-kuntest tal-kooperazzjoni tal-partijiet fi ħdan l-ECEC, sabiex tiġi kkanalizzata l-produzzjoni żejda tagħhom, bl-għan li tissaħħaħ ir-regola li ma jsirx trasbord għas-swieq nazzjonali, jiġifieri t-tqassim tas-swieq li kien jikkostitwixxi l-"qalba" proprja ta' l-akkordju. Barra minn hekk, għalkemm il-Qorti tal-Prim'Istanza annullat id-Deċiżjoni Ciment safejn tikkonċerna r-rikorrenti, hija madankollu kkonstatat li l-Kummissjoni kellha ċertu numru ta' provi li setgħu jakkreditaw it-teżi tagħha li l-kooperazzjoni fi ħdan l-ECEC kellha bħala għan u bħala effett li ssaħħah ir-regola li ma jsirx trasbord għas-swieq nazzjonali u kien biss wara li evalwat b'mod dettaljat il-kontenut tad-dokumenti in kwistjoni li l-Qorti tal-Prim'Istanza waslet għall-konkluzjoni li, kkunsidrati lkoll flimkien u fid-dawl, b'mod partikolari, ta' l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-impriżi kkonċernati, dawn id-dokumenti ma jippermettux li jiġi stabbilit b'mod suffiċjenti skond il-liġi li l-attività fi ħdan l-ECEC kienet issaħħah ir-regoli li ma jsirx trasbord għas-swieq nazzjonali.

114    Minħabba dawn ir-raġunijiet kollha, meta jiġi kkunsidrat il-fatt li s-sentenza Ciment kienet kawża partikolarment kumplessa, li timplika numru kbir ta' impriżi u partikolarment il-kważi-totalità ta' l-industrija Ewropea tas-siment, li l-istruttura ta' Cembureau rendiet l-investigazzjoni diffiċli minħabba l-eżistenza ta' membri diretti u indiretti, u l-fatt li kien neċessarju li jiġi eżaminat numru kbir ta' dokumenti, inkluż f'dan l-eżami l-fatt li kien hemm involuta s-sitwazzjoni speċifika tar-rikorrenti, għandu jiġi kkunsidrat li l-konvenuta kient ikkonfrontata b'sitwazzjonijiet kumplessi li kellhom jiġu rregolati.

115    Fl-aħħar nett, għandhom jiġu kkunsidrati d-diffikultajiet ta' applikazzjoni tad-dsipożizzjonijiet tat-Trattat KE fir-rigward ta' l-akkordji (ara, b'analoġija, s-sentenza Corus UK vs Il-Kummissjoni, punt 8 iktar 'il fuq, punt 46). Dawn id-diffikultajiet ta' applikazzjoni kienu ikbar peress li l-elementi fattwali tal-kawża in kwistjoni, inklużi dawk li jirrigwardaw il-parti tad-deċiżjoni li tikkonċerna r-rikorrenti, kienu numerużi.

116    Għal dawn ir-raġunijiet kollha, għandu jiġi kkunsidrat li l-ksur tad-dritt Komunitarju, kkonstatat fis-sentenza Ciment, fir-rigward tal-parti tad-deċiżjoni li tikkonċerna r-rikorrenti, mhuwiex gravi biżżejjed.

117    fir-Fir-rigward tal-prinċipju ta' ġustizzja, li jrendi obbligatorju l-ħlas lura ta' l-ispejjeż tal-garanzija bankarja, ir-rikorrenti ma tispjegax kif dan għandu bħala għan li jikkonferixxi drittijiet fuq individwi u lanqas kif hemm ksur gravi biżżejjed ta' dan il-prinċipju f'dan il-każ. Dan jgħodd ukoll għall-prinċipju ta' diliġenza li jaggrava l-konvenuta. Għaldaqstant, dawn l-argumenti huma rrilevanti.

118    Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, l-ewwel kundizzjoni żviluppata mill-ġurisprudenza sabiex jingħata lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità mhijiex sodisfatta f'dan il-każ

 Fuq il-kundizzjoni dwar l-eżistenza ta' rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu invokat

119    Fi kwalunkwe każ, il-Komunità tista' tinżamm responsabbli biss tad-dannu li jirriżulta b’mod suffiċjentement dirett mill-aġir irregolari ta’ l-istituzzjoni kkonċernata (ara, b'mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-4 ta' Ottubru 1979, Dumortier et vs Il-Kunsill, 64/76 u 113/76, 167/78 u 239/78, 27/79, 28/79 u 45/79, Ġabra p. 3091, punt 21; is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Settembru 1995, Blackspur et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, T-168/94, Ġabra p. II-2627, punt 52; ta' l-24 ta' Ottubru 2000, Fresh Marine vs Il-Kummissjoni, T-178/98, Ġabra p. II-3331, punt 118, u tat-13 ta' Frar 2003, Meyer vs Il-Kummissjoni, T-333/01, Ġabra p. II-117, punt 32).

120    FilF'dan il-każ, għandu jiġi mfakkar qabel kollox li, skond l-Arikolu 9 tad-Deċiżjoni Ciment, multi ta' EUR 3.841 miljun u EUR 1.85 miljun ġew imposti, fuq Alsen Breitenburg u fuq Nordcement rispettivament. Skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 11 ta' l-istess deċiżjoni, il-multi kienu pagabbli f'terminu ta' tliet xhur min-notifika ta' din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, skond it-tieni paragrafu ta' l-istess dispożizzjoni, l-ammont tal-multa kellu jiżdied bl-interessi awtomatikament li bdew jiddekorru mill-iskadenza ta' l-imsemmi terminu.

121    GGħandu jiġi enfasizzat li, skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 192 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 256 KE), id-Deċiżjoni Ciment kienet eżekuttiva fuq dan il-punt, peress li kienet timponi obbligu pekunjarju fuq persuni oħra li mhumiex Stati, u dan minkejja li ġie ppreżentat ir-rikors għal annullament kontra din id-deċiżjoni skond l-Artikolu 173 tat-Trattat KE (li sar, wara li ġie emendat, l-Artikolu 230 KE). Fil-fatt, skond l-ewwel frażi ta' l-Artikolu 185 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 242 KE), rikors ipprżentat quddiem il-qorti Komunitarja m'għandux effett sospensiv, (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Lulju 1995, CB vs Il-Kummissjoni, T-275/94, Ġabra p. II-2169, punti 50 sa 52).

122    issa, huwa Issa, huwa kostanti li r-rikorrenti, b'deroga minn dawn id-dispożizzjonijiet, ma ħallsitx il-multa imposta fuqha mill-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Ciment, peress li l-Kummissjoni offritilha l-possibbiltà, fl-ittra ta' notifika ta' l-imsemmija deċiżjoni, li tikkostitwixxi garanzija bankarja intiża biex tiggarantixxi l-pagament tal-multa sakemm ingħatat s-sentenza Ciment. Fil-fatt, l-impriża li tippreżenta rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa għandha għażla, jew li tħallas il-multa fil-mument li din tkun eżegwibbli, u fejn applikabbli, l-interessi għad-dewmien b'rata stabbilità mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha, jew li titlob is-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 185 tat-Trattat KE, jew fl-aħħar nett, f'każ li l-Kummissjoni ttiha din il-possibbiltà, li tikkostitwixxi garanzija bankarja intiża biex tiggarantixxi l-ħlas tal-multa u l-interessi għad-dewmien, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni (sentenza CB vs Il-Kummissjoni, punt 121 iktar 'il fuq, punt 54).

123    F'dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrenti ma tistax issostni b'mod validu li l-ispejjeż tal-kostituzzjoni tal-garanzija bankarju li subiet f'dan il-każ huma riżultat dirett ta' l-illegalità tad-Deċiżjoni Ciment. Fil-fatt, id-dannu allegat f'dan il-każ jirriżulta mill-għażla tagħha stess li ma teżegwixxix l-obbligu li tħallas il-multa, billi dderogat mir-regoli previsti mill-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 192 tat-Trattat KE u l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 185 tat-Trattat KE, fit-terminu speċifikat fid-Deċiżjoni Ciment, għall-istabbiliment ta' garanzija bankarja.

124    Barra minn hekk, għandu jiġi enfassiżat li ż-żewġ għażliet li kellha għad-dispożizzjoni tagħha r-rikorrenti, jiġifieri li jiġi ppreżentat rikors kontra d-Deċiżjoni Ciment kif ukoll talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta' l-imsemmija deċiżjoni (f'dak li jirrigwarda għall-inqas il-ħlas tal-multa) u l-kostituzzjoni ta' garanzija bankarja skond il-fakultà mogħtija mill-Kummissjoni, jikkostitwixxu alternattivi reali għall-pagament immedjat tal-multa. Barra minn hekk, l-għażla kienet f'idejn l-impriżi (ara, f'dan is-sens, is-sentenza CB vs Il-Kummissjoni, punt 121 iktar 'il fuq, punti 54 u 55). Għaldaqstant, dawn l-għażliet ma kinux ta' natura obbligatorja li tirriżulta mid-Deċiżjoni Ciment. Jeħtieġ barra minn hekk li jiġi rrilevat li ċerti impriżi (bħar-rikorrenti) għamlu l-għażla li jikkostitwixxu garanziji bankarji filwaqt li oħrajn ippreferew jissodisfaw l-obbligu finanzjarju li rriżulta mid-Deċiżjoni Ciment u jħallsu l-multa kkonċernata (ara, f'dan ir-rigward, is-sentenza Ciment, punt 5116). Kieku r-rikorrenti ddeċidiet li tħallas il-multa, ma kienx ikollha tħallas l-ispejjeż tal-garanzija bankarja (ara, fir-rigward ta' l-interessi għad-dewmien, is-sentenza CB vs Il-Kummissjoni, punt 121 iktar 'il fuq, punt 83).

125    Ebda wieħed mill-argumenti mressqa mir-rikorrenti ma jista' jwassal sabiex iqajjem dubji dwar din il-konklużjoni.

126    B'mod partikolari, f'dak li jirrigwarda ċ-ċirkustanza allegata li l-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punt 57 tas-sentenza Corus UK vs Il-Kummissjoni, punt 8 iktar 'il fuq, jistgħu jiġu trasposti għal dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, f'dan il-punt tas-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma ddeċidietx, bħalma tissuġġerixxi r-rikorrenti, li l-impriżi destinatarji ta' deċiżjoni li timponi multa m'għandhomx għażla bejn li jħallsu immedjament l-multa u li jikkonstitwixxu l-garanzija bankarja, iżda li, minn naħa, billi tħallas il-multa, l-impriża ma tagħmel xejn ħlief li tikkonforma ruħha mal-parti operattiva ta' deċiżjoni eżekuttiva minkejja r-rikors ippreżentat minnha quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u, min-naħa l-oħra, il-kostituzzjoni ta' garanzija bankarja minflok il-ħlas immedjat tal-multa tikkostitwixxi sempliċiment fakultà li tagħti l-Kummissjoni lill-impriża in kwistjoni.

127    f'kull Fi kwalunkwe każ, u mingħajr ma jsir eżami ta' dannu possibbli, jew analiżi ddettaljata tad-differenzi bejn l-Artikolu 34 FA u l-Artikolu 233 KE, għandu jiġi enfassiżat li l-kunsiderazzjonijiet fis-sentenza Corus UK vs Il-Kummissjoni, punt 8 iktar 'il fuq, li wasslu lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċiedi li, fil-każ ta' sentenza li tannulla jew tnaqqas multa imposta fuq impriża minħabba ksur tar-regoli ta' kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li mhux biss tħallas lura l-ammont prinċipali tal-multa imħallsa indebitament, iżda wkoll ta' l-interessi moratorji prodotti minn dan l-ammont, mhumiex applikabbli fil-każ ta' kostituzzjoni ta' garanzija bankarja. Fil-fatt, għandu jiġi mfakkar li, fis-sentenza tagħha Corus UK vs Il-Kummissjoni, punt 8 iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Prim'Istanza bbażat dan l-obbligu, fil-punti 54 sa 56, fuq il-fatt, minn naħa, li l-obbligu tal-ħlas lura integrali tal-multa mħallsa indebitament ma jistax ma jiħux in kunsiderazzjoni ż-żmien li jkun għadda li jista' jnaqqas il-valur tal-multa u, min-naħa l-oħra, li n-nuqqas ta' ħlas ta' interessi moratorji jfisser arrikkiment indebitu tal-Komunità, li jmur kontra l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju.

128    Ebda waħda minn dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jistgħu jiġu invokati mir-rikorrenti f'dan il-każ.

129    Fil-fatt, minn naħa, fir-rigward ta' l-ewwel kunsiderazzjoni, għandu jiġi rrilevat li, meta tiġi kkostitwita garanzija bankarja, il-Kummissjoni m'għandiex tħallas lura multa li tkun tħallset indebitament, peress li, ex hypothesi, il-multa ma tħallsitx. Għaldaqstant, l-impriża ma tkun ġarrbet ebda telf ta' valur fir-rigward ta' l-ammont tal-multa li hija kienet marbuta li tħallas immedjatament lill-Kummissjoni, fid-dawl tan-natura eżekuttiva tad-deċiżjoni kkontestata (l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 192 tat-Trattat KE) u n-nuqqas ta' effett sospensiv tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza (l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 185 tat-Trattat KE). Kif ġie indikat iktar 'il fuq, l-uniku dannu finanzjarju eventwali subit mill-impriża kkonċernata jirriżulta mid-deċiżjoni tagħha stess li tikkostitwixxi garanzija bankarja sabiex tkun f’pożizzjoni, b'deroga għar-regoli msemmija iktar 'il fuq, li ma tħallasx immedjatament il-multa, u dan minkejja li ma tibbenifikax minn sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li timponi l-multa.

130    Min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-tieni kunsiderazzjoni, għandu jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għas-sitwazzjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza Corus UK vs Il-Kummissjoni, punt 8 iktar 'il fuq, in-nuqqas, tal-Kummissjoni, li tħallas l-ispejjeż tal-kostituzzjoni ta' garanzija bankarja ma jirriżulta f'ebda arrikkiment indebitu għall-Komunità, peress li l-ispejjeż tal-kostituzzjoni ta' l-imsemmija garanzija bankarja ma jitħallsux lill-Komunità iżda lil terzi. Ir-rispett tal-prinċipju ġenerali li jipprojbixxi l-arrikkiment indebitu f'ebda każ ma jiġġustifika tali ħlas lura. Anzi, għall-kuntrarju, kieku l-Kummissjoni kellha tħallas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kostituzzjoni ta' garanzija bankarja, dan jippermetti li l-impriża kkonċernata ssib ruħha fl-istess sitwazzjoni li kienet qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, iżda l-Kummissjoni, min-naħa l-oħra, tkun ippenalizzata, peress li jkollha tħallas lura lill-imsemmija impriża ammonit ta' flus li ma bbenifikatx minnhom.

131    Fid-dawl ta' dawn l-elementi, ir-rabta kawżali bejn l-aġir li ġiet akkużata bih il-konvenuta u d-dannu allegat ma tistax tiġi kkwalifikata bħala suffiċjentement diretta f'dan il-każ.

132    Fid-dawl ta' dak li ntqal qabel, u mingħajr m'hemm bżonn li l-Qorti tagħti tiddeċiedi dwar id-dannu allegatament subit, ir-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 235 KE u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 288 KE, f'dak li jirrigwarda l-ispejjeż ta' garanzija bankarja li saru wara l-31 ta' Jannar 1998, għandu jiġi miċħud bħala mhux fondat.

 Fuq l-ispejjeż

133    Skond l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi ordnata tbati l-ispejjeż kollha, skond mat-talbiet tal-konvenuta f'dan is-sens.

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (It-Tielet Awla)

taqta' u tiddeciedi:

1)      Ir-rikors, safejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 233 KE, huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)      It-talba sussidjarja intiża għall-interpretazzjoni tar-rikors, safejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 233 KE, bħala rikors għal annullament jew rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.

3)      It-talba għal kumpens għad-danni, fir-rigward ta' l-ispejjeż tal-garanzija bankarja subiti mir-rikorrenti qabel il-31 ta' Jannar 1998, hija miċħuda bħala inammissibbli.

4)      Il-bqija tar-rikors huwa miċħud bħala infondat.

5)      Ir-rikorrenti hija ordnata tbati l-ispejjeż.

Azizi

Jaeger

Dehousse

Mogħtija f'seduta pubblika fil-Lussemburgu, fil-21 ta' April 2005,

H. Jung

 

      J. Azizi

Reġistratur

 

      Il-President


* Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.