Language of document : ECLI:EU:T:2010:473





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2010 – Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni

(Kawża T-61/10)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Nuqqas li jittieħdu miżuri – Talba għall-ħruġ ta’ ordni – Talba għal miżuri ta’ protezzjoni – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punti 27-31)

2.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE) (ara l-punti 32-38)

3.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni - Ordni indirizzata lil istituzzjoni - Inammissibbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE) (ara l-punt 41)

Suġġett

Talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea naqsu milli jieħdu azzjoni, sa fejn dawn l-istituzzjonijiet astjenew ruħhom illegalment milli jirrispondu għall-ittra tar-rikorrent tas-6 ta’ Ottubru 2009, talba għall-ħruġ ta’ ordni u talba għal miżuri ta’ protezzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fernando Marcelino Victoria Sánchez huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Ignacio Ruipérez Aguirre u tal-Assoċjazzjoni ATC Petition.