Language of document : ECLI:EU:T:2011:349





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2011 – Emme vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/10 R)

“Miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa – Garanzija bankarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Dannu finanzjarju – Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2) (ara l-punti 11-13)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Riskju ta’ falliment (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 16-18)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għan-nuqqas tal-irkupru immedjat ta’ multa imposta minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Teħid inkunsiderazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza tal-impriża u tal-azzjonisti tiegħu (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli  104(2)) (ara l-punti 22-37)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal‑Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l‑Artikolu 53 tal‑Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 - Azzar użat għall‑prestressing), kif ukoll talba għal eżenzjoni mill-obbligu li tiġi pprovduta garanzija bankarja sabiex jiġi evitat irkupru immedjat tal-multa imposta skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.