Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Settembru 2012 - Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC PAIEMENT)

(Kawża T-497/11) 

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC PAIEMENT - Raġui assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Euro-Information - Européenne de traitement de l'information (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta' Lulju 2011 (Każ R 370/2011-2), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal verbali EURO AUTOMATIC PAIEMENT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Euro-Information - Européenne de traitement de l'information hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 370, 17.12.2011.