Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 taʼ Mejju 2013 - Sanofi Pasteur MSD vs UASI - Mundipharma (Rappreżentazzjoni ta' żewġt imnieġel kontra xulxin)

(Kawża T-502/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta żewġt imnieġel kontra xulxin - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw żewġ żigarelli kontra xulxin - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sanofi Pasteur MSD SNC (Lyon, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan, P. Péters u V. Wellens, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mundipharma AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Rabaʼ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 taʼ Lulju 2011 (Każ R 1904/2010-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Sanofi Pasteur MSD SNC u Mundipharma AG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sanofi Pasteur MSD SNC hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 340, 19.11.2011