Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2013 – Klaes vs UASI – Klaes Kunststoffe (Klaes)

(Kawża T-453/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Horst Klaes GmbH & Co. KG (Bad Neuenahr-Ahrweiler, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Dix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Klaes Kunststoffe GmbH (Neuenrade, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell (R 1206/2012-1) tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-6 ta’ Ġunju 2013 u tiċħad l-oppożizzjoni mressqa kontra l-applikazzjoni tar-rikorrenti għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja (Nru 9545096).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Klaes” għal prodotti fil-klassi 42 – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9 545 096

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Klaes Kunststoffe GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva ta’ kulur blu “Klaes”, għal servizzi fil-klassi 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009