Language of document : ECLI:EU:T:2015:98





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 —
Klaes vs UASI — Klaes Kunststoffe (Klaes)

(Kawża T‑453/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Klaes — Trade mark Komunitarja figurattiva anterjuri Klaes — Raġuni relattiva għal rifjut — Riskju ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 14)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, art. 8, § 1, b)] (cf. punti 18-22)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali KLAES u trade mark figurattiva Klaes (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 25, 35, 37)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 29)

5.                     Trade mark Komunitarja — Preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja — Identifikazzjoni tal-prodotti u tas-servizzi kkonċernati mit-trade mark — Rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni — Determinazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi ekonomiċi, tal-portata tal-protezzjoni mogħtija mit-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 26(1)(c)) (ara l-punt32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Gunju 2013 (Każ R 1206/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horst Klaes GmbH & Co. KG u Klaes Kunststoffe GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Horst Klaes GmbH & Co. KG tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Klaes Kunststoffe GmbH tbati l-ispejjeż tagħha.