Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – SNCM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-454/13) 1

[“Għajnuna mill-Istat – Kabotaġġ marittimu – Għajnuna mogħtija minn Franza lil Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) u lil Compagnie méridionale de navigation – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Kumpens għal servizz kumplementari tas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar frekwentati matul l-istaġun turistiku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Sentenza Altmark – Determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Winckler, F.-C. Laprévote, J.-P. Mignard u S. Mabile, sussegwentement minn A. Winckler u F.-C. Laprévote, u fl-aħħar minn F.-C. Laprévote u C. Froitzheim, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u B. Stromsky, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Corsica Ferries France SAS (Bastia, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/435/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie Méridionale de Navigation (ĠU 2013, L 220, p. 20).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Corsica Ferries France SAS.

____________

1 ĠU C 325, 9.11.2013.