Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Samsung SDI et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-84/13) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni – Ksur uniku u kontinwu – Tul tal-ksur – Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva –– Komunikazzjoni tal-2006 dwar il-kooperazzjoni – Tnaqqis tal-ammont tal-multa – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ tal-impriża skont il-kriterju tal-post tal-kunsinna – Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur medju tal-bejgħ irreġistrat matul iż-żmien tal-ksur”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Samsung SDI Co. Ltd (Gyeonggi-do, ir-Repubblika tal-Korea); Samsung SDI Germany GmbH (Berlin, il-Ġermanja); u Samsung SDI (il-Malasja) Bhd (Negeri Sembilan Darul Khusus, il-Malasja) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Berrisch, avukat, D. Hull, solicitor, u L.-A. Grelier, avukat, sussegwentement minn M. Hull u L.-A. Grelier, u sussegwentement minn L.-A. Grelier, D. Geradin, J. Ysewyn, P. Camesasca, avukati, u J. Flynn, QC)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, G. Meessen u H. van Vliet, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), u talba għat-tnaqqis tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn huwa jikkonċerna lil Samsung SDI Germany GmbH.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Samsung SDI Co. Ltd u Samsung SDI (Malaysia) Bhd huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 108, 13.4.2013.