Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Lulju 2007 - Mülhens vs L-UASI - Cara (TOSKA LEATHER)

(Kawża T-28/04)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva TOSKA LEATHER - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti TOSCA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Trade mark magħrufa sew fis-sens ta' l-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta' Pariġi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mülhens GmbH & Co. KG (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: T.Schulte-Beckhausen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment M.Capostagno, wara O.Montalto, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Mirco Cara (Vigevano, l-Italja) (rappreżentant : G.Cimolino, avukat)

Suġġett tal-kawża

Appell imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-20 ta' Novembru 2003 (każ R 10/2003-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Mülhens GmbH & Co. KG u Mirco Cara.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Mülhens GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 106, 30.4.2004.