Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2013 – Michail vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-597/11 P)1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Talba għal assistenza – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Fastidju psikoloġiku – Appell manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Christos Michail     (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Meïdanis, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn E. Bourtzalas u E. Antypas, avukati)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-13 ta’ Settembru 2011, Michail vs Il-Kummissjoni (F-100/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Christos Michail għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri.

____________

1 ĠU C 39, 11.2.2012.