Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 taʼ Marzu 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-24/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent sabiex tirrimedja għan-nuqqasijiet tal-Kummissjoni fl-okkorrenza ta’ proċedura ta’ reklutaġġ li ma kellux suċċess

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tal-5 ta’ Ġunju 2012 u tas-7 ta’ Diċembru 2012 li jiċħdu t-talba għal kumpens tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex terġa’ tistabbilixxi l-karriera tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ EUR 14 911.07, minbarra l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni mix-xahar ta’ Ottubru 2011, u għall-ħlas ta’ EUR 2.500 għad-dannu materjali u morali sostnut, bla ħsara għal possibbiltà li din is-somma tiżdied jew titnaqqas matul l-iżvolġiment tal-istanza, dawn is-somom għandhom jiżdiedu bl-interessi moratorji, ikkalkolati mid-data ta’ skadenza tas-somom dovuti, bir-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.