Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-18 ta’ April 2023 – Novo Nordisk AS vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-248/23, Novo Nordisk)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Novo Nordisk AS

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domanda preliminari

L-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha, impriża farmaċewtika li twettaq ex lege ħlasijiet lill-korp ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat abbażi tad-dħul mill-bejgħ miksub minn prodotti farmaċewtiċi li jibbenefikaw minn finanzjament pubbliku ma għandhiex dritt tnaqqas a posteriori l-valur taxxabbli, minħabba l-fatt li l-ħlasijiet jitwettqu ex lege, li jistgħu jitnaqqsu mill-bażi tal-obbligu ta’ ħlas kemm il-ħlasijiet imwettqa skont kuntratt dwar il-volum tal-finanzjament kif ukoll l-investimenti magħmula mill-impriża f’riċerka u fi żvilupp fis-settur tas-saħħa u li l-ammont dovut huwa miġbur mill-awtorità tat-taxxa tal-Istat, li tittrasferixxi dan l-ammont immedjatament lill-korp ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Istat?

____________

1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.