Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2013 – Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-309/12 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji Ħlas ta’ kontribuzzjonijiet lil assoċjazzjoni irregolata taħt id-dritt pubbliku – Għajnuna mill-Istat Obbligu ta’ rkupru Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni Urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg (Rivenich, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kerkmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer u T. Maxian Rusche, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Saria Bio Industries AG & Co. KG (Selm, il-Ġermanja); SecAnim GmbH (Lünen, il-Ġermanja); u Knochen-und Fett-Union (KFU) GmbH (Selm) (rappreżentanti: U. Karpenstein u C. Johann, avukati)SuġġettTalba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/485/UE, tal-25 ta’ April 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.25051 (C 19/2010) (ex NN 23/2010) mogħtija mill-Ġermanja lil Zweckverbands Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg (ĠU L 236, p. 1).DispożittivIt-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.L-ispejjeż huma rriżervati.