Language of document : ECLI:EU:T:2014:115





ffSentenza tal-Qorti tal-Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Marzu 2014 – Tubes Radiatori vs UASI – Antrax It (Radjatur)

(Kawża T‑315/12)

“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta radjatur ta’ tisħin – Disinn preċedenti – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Saturazzjoni tal-iktar teknika moderna – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Disinni Komunitarji – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 61) (ara l-punt 27)

2.                     Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Utent avżat – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1), u 25(1)(b)) (ara l-punti 58-62)

3.                     Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Libertà tal-kreatur (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6 u 25(1)(b)) (ara l-punti 65-67)

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punt 74)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ April 2012 (Każ R 953/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Antrax It Srl u Tubes Radiatori Srl.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-3 ta’ April 2012 (Każ R 953/2011-3) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Tubes Radiatori Srl.

4)

Antrax It Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.