Language of document : ECLI:EU:T:2015:295





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Mejju 2015 — Yuanping Changyuan Chemicals vs Il-Kunsill

(Kawża T‑310/12)

“Dumping — Importazzjonijiet ta’ aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Industrija Komunitarja — Determinazzjoni tad-dannu — Artikolu 9(4), Artikolu 14(1) u Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt li tippreżenta osservazzjonijiet — Artikolu 20(5) tar-Regolament Nru 1225/2009”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Preżentata tar-risposta — Terminu — Dekadenza — Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri — Kunċett — Nota sottomessa b’faks u preżentata tardiva tal-oriġinal minħabba li, eċċezzjonalment, is-servizz tal-posta ma kienx qed jaħdem sewwa — Inklużjoni (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 45; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 46(3) u 122; Istruzzjonijiet Prattiċi lill-Partijiet, punt 7) (ara l-punti 80, 86-93)

2.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Dannu — Kunċett ta’ industrija tal-Unjoni — Għażla bejn iż-żewġ varjanti tal-alternattiva prevista mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1225/2009 — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 3(1) u 4(1)) (ara l-punti 97-100, 120)

3.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Dannu — Kunċett ta’ industrija tal-Unjoni — Inklużjoni tal-produtturi li ma jsostnux l-ilment jew li ma jikkooperawx fl-investigazzjoni — Ammissibbiltà — Inklużjoni ta’ produttur li waqaf jipproduċi l-prodott simili waqt il-perijodu kkonċernat u qabel il-bidu tal-perijodu ta’ investigazzjoni — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 4(1) u 5(4)) (ara l-punti 103-106, 114-117)

4.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Dannu — Perijodu li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 6(1)) (ara l-punti 109, 110)

5.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Bdil fl-approċċ li jikkonċerna l-inklużjoni tal-produtturi fl-industrija tal-Unjoni — Ammissibbiltà — Possibbiltà għall-operaturi ekonomiċi li jinvokaw il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 4(1)) (ara l-punt 120)

6.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Dannu — Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni — Impatt tad-dumping fuq il-produzzjoni tal-Unjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 1(1) u 3(1), (2) u (5)) (ara l-punti 124-131)

7.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Dannu — Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni — Impatt tad-dumping fuq il-produzzjoni tal-Unjoni — Eżistenza ta’ fatturi u indizji li juru tendenza pożittiva — Ċirkustanza li ma teskludix il-konklużjoni li kien hemm dannu kbir ikkawżat lill-industrija tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 3(5)) (ara l-punt 135)

8.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Dannu — Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni — Impatt tad-dumping fuq il-produzzjoni tal-Unjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Interpretazzjoni fid-dawl tal-ftehim antidumping tal-Gatt tal-1994 — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ data makroekonomika u mikroekonomika li turi tendenzi differenti jew li ma kinitx disponibbli għall-produtturi tal-industrija tal-Unjoni — Ammissibbiltà (Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ, “ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 3.4; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 3(5)) (ara l-punti 140, 143, 144, 147)

9.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Żvolġiment tal-investigazzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li tivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni pprovduta mill-partijiet ikkonċernati — Limiti — Kooperazzjoni volontarja tal-partijiet ikkonċernati (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 6(8), 16(1) u 18) (ara l-punti 150-152)

10.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Regolament li jimponi dazji antidumping — Motivazzjoni insuffiċjenti tal-kalkolu tal-marġni ta’ dannu u tad-determinazzjoni tal-marġni ta’ qligħ — Regolarizzazzjoni matul il-proċedura kontenzjuża — Inammissibbiltà — Annullament tar-regolament (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 170-175, 182-187, 191-196, 202-204)

11.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Dannu — Marġni ta’ qligħ għall-kalkolu tal-prezz indikattiv — Marġni li seta’ jkun raġonevolment mistenni fl-assenza ta’ dumping (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 3(1) u 9(4)) (ara l-punt 189)

12.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Proċedura antidumping — Drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ smigħ — Portata — Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-impriżi tal-informazzjoni finali — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu minimu ta’ għaxart ijiem għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet — Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Konsegwenzi rigward il-validità tar-regolament li jistabbilixxi dazji antidumping definittivi (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 20(5)) (ara l-punti 209-214, 224, 225)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012, tat-12 ta’ April 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 106, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012, tat-12 ta’ April 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn dan jikkonċerna lil Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Yuanping Changyuan Chemicals Co., ħlief għall-ispejjeż sostnunti minn din tal-aħħar minħabba fl-intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Yuanping Changyuan Chemicals Co. minħabba fl-intervent tagħha.