Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 - Ford Motor vs L-UASI - Alkar Automotive (CA)

(Kawża T-486/07)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ford Motor Co. (Dearborn, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Ingerl, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Alkar Automotive SA (Derio, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinnni) tal-25 ta' Ottubru 2007 (Każ R 85/2006 4);

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Novembru 2005 (Oppożizzjoni Nru B 684052);

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Alkar Automotive SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "CA" għal, inter alia, prodotti fil-klassijiet 9, 11 u 12 - applikazzjoni Nru 3 186 764

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks Komunitarji verbali u figurattivi "KA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 27, 32 u 37

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-oppożizzjoni kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress illi hemm probbabiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni minħabba x-xebh fuq livell fonetiku u viżiv bejn "KA" u "CA", l-identiċità tal-prodotti u n-natura ferm distintiva tat-trade marks preċedenti.

____________