Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 - Imperial Chemical Industries vs L-UASI (FACTORY FINISH)

(Kawża T-487/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Imperial Chemical Industries (ICI) plc (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-24 ta' Ottubru 2007 fil-każ R 668/2007-4.

tordna lill-Uffiċċju jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali 'FACTORY FINISH' għal prodotti fil-klassi 2 - Applikazzjoni Nru 4 538 518

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ċaħda ta' l-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, billi 'FACTORY FINISH' mhijiex deskrittiva, iżda hija tqegħid fejn xulxin mhux tas-soltu ta' kliem li jirriżulta f'invenzjoni lessikali, u ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, billi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mhijiex nieqsa minn karattru distintiv.

____________