Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2010 - Cabel Hall Citrus vs UASI - Casur (EGLÉFRUIT)

(Kawża T-488/07) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali EGLÉFRUIT - Trade mark Kommunitarja verbali preċedenti UGLI u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti UGLI Fruit - but the affliction is only skin deep - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cabel Hall Citrus Ltd (George Town, Grand Cayman, il-Gżejjer Kajman) (rappreżentant: C. Rogers, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Casur S. Coop. Andaluza (Viator, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta' Settembru 2007 (Każ R 293/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Cabel Hall Citrus Ltd u Casur S. Coop. Andaluza.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Cabel Hall Citrus Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 64, 8.3.2008