Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Mejju 2010 - DHL International vs UASI - Service Point Solutions (SERVICEPOINT)

(Kawża T-218/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: DHL International GmbH (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: K.-U. Jonas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Service Point Solutions, SA (Barcelona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' Frar 2010 fil-Każ R 62/2009-2;

tikkundanna lill-konvenut, u sa fejn neċessarju, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali "SERVICEPOINT" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 20, 35 u 39

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Service Point Solutions S.A

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "Service Point" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 16, 20, 35, 38, 39 and 42; trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "service point" għal prodotti u servizzi fil-klassi 16; u trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "service point" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, u ksur tal-Artikolu 76(1) and (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni diversi dokumenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).