Language of document :

Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-279/19, Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża C-799/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert, V. Piessevaux, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario), Ir-Repubblika Franċiża, Il-Kummissjoni Ewropea, Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural (Comader)

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tagħti deċiżjoni finali dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett tal-appell u tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-Front Polisario ;

tikkundanna l-Front Polisario għall-ispejjeż tal-appell u tal-kawża T-279/19 ;

sussidjarjament, iżżomm l-effetti tad-Deċiżjoni 2019/217 1 għal perjodu ta’ tnax-il xahar mid-data tal-għoti tas-sentenza li għandha tingħata.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u jirreferi għas-sentenza appellata sa fejn tiddeċiedi li l-Front Polisario għandu l-locus standi in judicio quddiem qorti tal-Unjoni Ewropea.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u ksur ta’ fiduċja minħabba atti, u intiż s-sentenza appellata sa fejn tiddeċiedi li l-Front Polisario huwa kkonċernat direttament u individwalment mid-deċiżjoni kkontestata.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-invokabbiltà ta’ normi tad-dritt internazzjonali u tirreferi għas-sentenza appellata sa fejn tiddeċiedi li l-Front Polisario jista’ jinvoka l-prinċipju tal-awtodeterminazzjoni u l-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ġenerali effett relattiv tat-trattati u d-dritt għall-awtodeterminazzjoni, ksur tal-fidi minħabba atti, rappreżentazzjoni ħażina tal-argument tal-Kunsill u l-ksur tal-Artikolu 36, moqri flimkien mal-ewwel paragrafu Artikolu 53, tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa jirrigwarda s-sentenza appellata sa fejn tiddeċiedi li l-poplu tas-Saħara tal-Punent ma tax il-kunsens tiegħu għall-ftehimiet li għalihom tirreferi d-Deċiżjoni 2019/217.

____________

1 Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/217 tat-28 ta' Jannar 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU 2019, L 34, p. 1).