Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2008 - Ketselidou vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-81/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Zoe Ketselidou (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrenti dwar ir-reviżjoni tal-kalkolu tas-snin tas-servizz għall-pensjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni matul it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-Greċja lejn l-iskema Komunitarja.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-10 ta' Jannar 2008 li biha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet it-talba mressqa mir-rikorrenti sabiex issir ir-reviżjoni tal-kalkolu tas-snin tas-servizz għall-pensjoni li hija kisbet minn skema ta' pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej wara t-trasferiment tad-drittijiet tagħha għal pensjoni mill-fondi Elleniċi;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________