Language of document :

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2023 minn European Association of Non-Integrated Metal Importers & distributors (Euranimi) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fl-4 ta’ Ottubru 2023 fil-Kawża T-598/21, Euranimi vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-772/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: European Association of Non-Integrated Metal Importers & distributors (Euranimi) (rappreżentanti: M. Campa, V. Villante, avvocati, D. Rovetta, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1029 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 biex jestendi l-miżura ta’ salvagwardja fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar 1 ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż legali ta’ dan l-appell u tal-proċedura fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju bbażat, l-ewwel, fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 19(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet 1 u b’mod partikolari tar-rekwiżit ta’ “dannu serju” u ta’ “aġġustament”, it-tieni, fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-fatti u fuq żnaturament tal-provi u t-tielet, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq nuqqas ta’ tweġiba għal diversi argumenti kruċjali, sostnuti minn provi, imressqa mill-appellanti.

It-tieni aggravju bbażat, l-ewwel, fuq ksur u fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “interess tal-Unjoni” taħt ir-Regolament (UE) 2015/478, it-tieni, fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-fatti u fuq żnaturament tal-provi u t-tielet, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq nuqqas ta’ tweġiba għal diversi argumenti kruċjali, sostnuti minn provi, imressqa mill-appellanti.

____________

1 ĠU 2021, L 225I, p. 1.

1 ĠU 2015, L 83, p. 16.