Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Mejju 2012 - Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-300/10)

("Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 - Rifjut parzjali ta' aċċess - Determinazzjoni tas-suġġett tal-applikazzjoni inizjali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u l-integrità tal-individwu - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Eżami konkret u individwali - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Partijiet

Rikorrenti: Internationaler Hilfsfonds eV (Rosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Kaltenecker, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti, assistiti minn R. van der Hout, avukat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta' April 2010, li biha tiċħad lir-rikorrenti aċċess komplet għad-dokumenti li jirrigwardaw il-kuntratt LIEN 97-2011.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta' April 2010, hija annullata sa fejn hija impliċitament tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti li hija tat lill-kollaboratur tal-Ombudsman Ewropew, minbarra dawk identifikati minn dan tal-aħħar fil-fajlijiet 1 sa 4 tal-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta' April 2010 hija wkoll annullata sa fejn hija impliċitament jew espliċitament tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti tal-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011 imsemmija fil-punti 106, 134, 194 u 196 ta' din is-sentenza.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tmenin fil-mija tal-ispejjeż sostnuti minn Internationaler Hilfsfonds eV.

____________

1 - ĠU C 246, 11.9.2010.