Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta̕ Marzu 2013 - in 't Veld vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/10) 

"Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw l-abbozz tal-Ftehim Kummerċjali internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACAC-ACTA) - Dokumenti li jirrigwardaw in-negozjati - Rifjut ta' aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Proporzjonalità - Obbligu ta' motivazzjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sophie in 't Veld (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: O. W. Brouwer u J. Blockx, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Hermes u C. ten Dam, sussegwentement minn C. Hermes u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, talba għal annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E.3/HP/psi - Ares (2010) 234950, tal-4 ta' Mejju 2010, sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar abbozz tal-Ftehim Kummerċjali internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACAC).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Mejju 2010, bir-referenza SG.E.3/HP/psi - Ares (2010) 234950, hija annullata sa fejn din tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti nri°21 u 25 tal-lista annessa ma' din id-deċiżjoni kif ukoll għas-segwenti oskuramenti li saru f'dokumenti oħra ta' din il-lista:

dokument nru 45, fil-paġna 2, taħt it-titolu "Participants", it-tieni subparagrafu, l-aħħar sentenza;

dokument nru 47, fil-paġna 1, taħt it-titolu "Participants", it-tieni subparagrafu, l-aħħar sentenza;

dokument nru 47, fil-paġna 2, taħt it-titolu "1. Digital Environment (including Internet)", it-tieni subparagrafu, l-aħħar sentenza;

dokument nru 48, fil-paġna 2, is-subparagrafu taħt il-punt 4, tmiem tas-sentenza.

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

Sophie in 't Veld għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż ta' S. in 't Veld.

____________

1 - ĠU C 260, 25.09.2010.